13.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 238/19


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Mejju 2011 — Bopp vs UASI (Ottagonu b’bordura ħadra)

(Kawża T-263/11)

2011/C 238/34

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Carsten Bopp (Glashütten, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Russ, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-11 ta’ Marzu 2011, fil-Każ R 605/2010-4.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark figurattiva li tikkonsisti f’ottagonu b’bordura ħadra — Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni Nru 8 248 965

Deċiżjoni tal-eżaminatur: reġistrazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009, billi t-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni hija distintiva minħabba li r-rappreżentazzjoni hija identifikabbli u laminari.