16.7.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 211/28 |
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Mejju 2011 — Fellah vs Il-Kunsill
(Kawża T-255/11)
2011/C 211/61
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Zakaria Fellah (New York, l-Istati Uniti) (rappreżentant: G. Collard, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tikkonstata li, fir-rigward tar-rikorrent, Zakaria FELLAH, ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 330/2011, tas-6 ta’ April 2011, u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/221/PESK, tas-6 ta’ April 2011, ippubblikati fis-7 ta’ April 2011 fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ma humiex fondati, |
— |
konsegwentement,
|
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.
(1) |
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, sa fejn il-motivi għall-inklużjoni ta’ isem ir-rikorrent fil-lista ta’ persuni u entitajiet li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi huma stereotipati mingħajr ma jissemma’ xi punt ta’ fatt preċiż li jippermetti li tiġi evalwata r-rilevanza tal-imsemmija inklużjoni. |
(2) |
It-tieni motiv huwa bbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni, inkwantu:
|