21.5.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 152/30 |
Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Marzu 2011 — Yordanov vs UASI — Distribuidora comercial del frio (DISCO DESIGNER)
(Kawża T-189/11)
2011/C 152/53
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Peter Yordanov (Rousse, il-Bulgarija) (rappreżentant: T. Walter, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Distribuidora comercial del frio, SA (Madrid, Spanja)
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-14 ta’ Jannar tal-2011 fil-Każ R 803/2010-2; |
— |
tikkundanna lill-konvenut ibati l-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: Rikorrent.
Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark verbali “disco DESIGNER” għal prodotti fil-klassijiet 11, 19 u 20.
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Distribuidora comercial del frio, SA.
Trade mark jew sinjal invokat: Trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “DISCO” għal prodotti fil-klassi 11.
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa.
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud.
Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1) peress li ma hemm ebda probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks inkwistjoni u l-Bord tal-Appell żbalja meta kkunsidra li l-prodotti inkwistjoni kienu identiċi.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).