14.5.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 145/35 |
Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Marzu 2011 — Hopf vs UASI (Clampflex)
(Kawża T-171/11)
2011/C 145/58
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Hans-Jürgen Hopf (Zirndorf, il-Ġermanja) (rappreżentant: V. Mensing, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tad-19 ta’ Jannar 2011, fil-Każ R 1514/2010 4; |
— |
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż, inklużi dawk tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “Clampflex” għal prodotti fil-klassijiet 5, 9, 10, 17 u 20.
Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni parzjalment miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1), peress li t-trade mark ikkonċernata għandha karattru distintiv u ma hijiex deskrittiva.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1)