30.4.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 130/23 |
Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Marzu 2011 — Gnango vs Il-Kunsill
(Kawża T-139/11)
2011/C 130/44
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Loba Emmanuel Patrice Gnango (Abidjan, il-Côte d’Ivoire) (rappreżentant: G. Collard, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrent
Ir-rikorrent jitlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tikkonstata li, rigward ir-rikorrent, L.E.P. Gnango, ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 25/2011, tal-14 ta’ Jannar 2011, kif ukoll id-Deċiżjoni tal-Kunsill, tal-14 ta’ Jannar 2011, ippubblikati fil-15 ta’ Jannar 2011 fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ma humiex fondati fil-fatt, |
— |
konsegwentement,
|
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u argumenti prinċipali invokati mir-rikorrent huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-137/11, Guiai Bi Poin vs Il-Kunsill.