14.5.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 145/30 |
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Frar 2011 — Schutzgemeinschaft Milch und Milcherzeugnisse vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-113/11)
2011/C 145/50
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Schutzgemeinschaft Milch und Milcherzeugnisse eV (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Loschelder u V. Schoene, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1122/2010, tat-2 ta’ Diċembru 2010, li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Gouda Holland (IĠP)]; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għar-rimbors tal-ispejjeż neċessarji. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti tinvoka disa’ motivi.
(1) |
L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tar-regoli tat-tqassim tal-kompetenzi
|
(2) |
It-tieni motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament Nru 1898/2006 (2)
|
(3) |
It-tielet motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 2(1) u (2) tar-Regolament Nru 510/2006 u tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 1898/2006
|
(4) |
Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament Nru 510/2006
|
(5) |
Il-ħames motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament Nru 510/2006
|
(6) |
Is-sitt motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikoli 30 u 36 TFUE
|
(7) |
Is-seba’ motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 2(1) u (2) tar-Regolament Nru 510/2006
|
(8) |
It-tmien motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 3(3) tar-Regolament Nru 510/2006
|
(9) |
Id-disa’ motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u ta’ prinċipji proċedurali, kif ukoll fuq żball ta’ evalwazzjoni
|
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006, tal-20 ta’ Marzu 2006, dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (ĠU L 335M, p. 213).
(2) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1898/2006, tal-14 ta’ Diċembru 2006, li jistipula regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonjiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u tal-ikel (ĠU L 322M, p. 364).