7.5.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 139/22 |
Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Frar 2011 — ASA vs UASI — Merck (FEMIFERAL)
(Kawża T-110/11)
2011/C 139/42
Lingwa tar-rikors: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: ASA (Głubczyce, il-Polonja) (rappreżentant: M. Chimiak, avukat)
Konvenut: Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Merck Sp. z o.o. (Varsavja, il-Polonja)
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla fit-totalità tagħha d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni) tad-19 ta’ Novembru 2010, R 0182/2010-1; |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti.
Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark figurattiva “FEMIFERAL” għall-prodotti fil-klassi 5 — applikazzjoni Nru 5320701.
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Merck Sp. z o.o.
Trade mark jew sinjal invokat: Trade mark figurattiva nazzjonali “Feminatal” u trade mark figurattiva nazzjonali li fiha l-element figurattiv “feminatal” għall-prodotti fil-klassi 5.
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: rifjut tal-oppożizzjoni
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: annullament tad-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni u rifjut tal-applikazzjoni għat-trade mark fit-totalità tagħha.
Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 (1) minħabba konklużjoni żbaljata li t-trade marks “feminatal” u “FEMIFERAL” jixxiebhu tant bejniethom li jistgħu joħolqu probabbiltà ta’ konfużjoni lill-konsumaturi Polakki rigward l-oriġini tal-prodotti; nuqqas ta’ rikonoxximent tal-kapaċità distintiva tal-prefiss “femi” u nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni tal-ispeċifiċità tal-konsumatur Pollakk u tal-prinċipji tal-lingwa Pollakka, kif ukoll evalwazzjoni żbaljata tax-xebh tas-sinjali taħt it-tliett profili: viżiv, fonetiku u kunċettwali.
(1) Regolament tal-Kunsill Nru 207 (KEE), tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (Verżjoni kodifikata) (ĠU L 78, p. 1)