16.4.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 120/16 |
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Frar 2011 — Mizuno vs UASI — Golfino (G)
(Kawża T-101/11)
2011/C 120/37
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Mizuno Corp. (Osaka, il-Ġappun) (rappreżentanti: T. Raab und H. Lauf, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Golfino AG (Glinde, il-Ġermanja)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla fl-intier tagħha d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-15 ta’ Diċembru 2010, fil-Każ R 821/2010-1; |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-ittra “G” u simboli oħra, għal prodotti fil-klassi 25
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Golfino AG
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: trade mark figurattiva li tinkludi l-ittra “G” u s-simbolu “+”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 18, 25 u 35
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell milqugħ u applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ trade mark miċħuda
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u inċidentalment tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1) inkwantu ma hemmx probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks konfliġġenti.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komuniarja (ĠU L 78, p. 1).