16.4.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 120/15 |
Appell ippreżentat fis-17 ta’ Frar 2011 minn AG kontra d-digriet mogħti fis-16 ta’ Diċembru 2010 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-25/10, AG vs Il-Parlament
(Kawża T-98/11 P)
2011/C 120/36
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: AG (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Rodrigues, A. Blot u C. Bernard-Glanz, avukati)
Appellata: Il-Parlament Ewropew
Talbiet tal-appellanti
L-appellanti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tiddikjara dan l-appell bħala ammissibbli; |
— |
tannulla d-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tas-16 ta’ Diċembru 2010 fil-Kawża F-25/10; |
— |
tilqa’ t-talbiet għall-annullament u għal kumpens ippreżentati minnha quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku; |
— |
tikkundanna lill-Parlament għall-ispejjeż taż-żewġ istanzi. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Insostenn tal-appell, l-appellanti tinvoka aggravju wieħed ibbażat fuq id-distorsjoni tal-provi mressqa quddiem il-Qorti tal-ewwel istanza, fuq ksur tal-prinċipju taċ-ċertezza legali u fuq ksur tad-dritt għal rimedju effettiv, sa fejn:
— |
ebda prova mill-proċess ma tippermetti lit-TSP li jikkunsidra li l-appellanti ma kinitx diliġenti meta ma ħaditx ħsieb il-posta tagħha tul il-vaganzi tal-aħħar tas-sena tagħha, perjodu li fih il-pustier mar f’darha sa biex itiha l-ittra rreġistrata tal-Parlament li kien fiha r-risposta għall-ilment tagħha; |
— |
it-TSP ma spjegax x’kellu jinftiehem b’vaganzi “mtawwla”; |
— |
it-TSP qies li l-avviż ta’ passaġġ li l-appellanti sabet fil-kaxxa postali tagħha meta ġiet lura mill-vaganzi kien jirrigwarda neċessarjament l-ittra rreġistrata tal-Parlament li kien fiha r-risposta għall-ilment tagħha. |