9.4.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/15 |
Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Frar 2011 — Sogepi Consulting y Publicidad vs UASI (ESPETEC)
(Kawża T-72/11)
2011/C 113/31
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Sogepi Consulting y Publicidad, SL (Vic, Spanja) (rappreżentanti: J. P de Oliveira Vaz Miranda Sousa, T. Barceló Rebaque u N. Esteve Manasanch, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla u tirrevoka d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-12 ta’ Novembru 2010 fil-Każ R 312/2010-2; |
— |
konsegwentement tawtorizza r-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 7 114 572“ESPETEC”, u |
— |
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja li għaliha saret applikazzjoni: it-trade mark verbali “ESPETEC”, għal prodotti fil-klassi 29.
Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal trade mark irrifjutata.
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud.
Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1), peress li t-terminu “ESPETEC” ma għandux karattru distintiv jekk jiġi kkunsidrat indipendentement mill-prodotti li għalihom saret l-applikazzjoni u ksur tal-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 peress li hemm żnaturament u evalwazzjoni żbaljata tal-provi tal-użu fis-suq tat-trade mark “ESPETEC”.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas- 26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).