7.5.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 139/19 |
Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Jannar 2011 — Aecops vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-51/11)
2011/C 139/37
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: AECOPS — Associação de Empresas de Construção, Obras Públicas e Serviços (Lisbona, il-Portugall) (rappreżentanti: J. da Cruz Vilaça u L. Pinto Monteiro, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla, bis-saħħa tal-Artikolu 263 TFUE, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonċerna l-faxxiklu 880 369 P1, tas-27 ta’ Ottubru 2010, sa fejn jitnaqqas bi PTE 37 056 405 l-ammont tal-kontribut approvat bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(88) 831, tad-29 ta’ April 1988 u, fl-istess waqt, jintalab il-ħlas tal-ammont ta’ EUR 294 298,41; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż tagħha stess u għal dawk tar-rikorrenti. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.
(1) |
L-ewwel motiv, dwar il-ksur ta’ terminu raġonevoli għat-teħid tad-deċiżjoni, minħabba:
|
(2) |
It-tieni motiv, dwar il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni: ir-rikorrenti tqis li d-deċiżjoni kkontestata ma tissodisfax ir-rekwiżiti ta’ motivazzjoni imposti mill-Artikolu 296 TFUE. Fil-fatt, id-deċiżjoni kkontestata ma tagħtix, lanqas fil-qosor, ir-raġunijiet li għalihom tnaqqas il-kontribut finanzjarju mogħti mill-FSE, u lanqas barra minn hekk l-ittra mill-IGFSE li nnotifikat id-deċiżjoni kkontestata lir-rikorrenti ma tagħti, b’mod minimu li jinfthiem, ir-raġunijiet li mmotivaw it-tnaqqis ta’ dan il-kontribut u liema kienu l-ispejjeż eliġibbli u mhux eliġibbli. Mill-perspettiva tar-rikorrenti, anki l-vizzju ta’ nuqqas ta’ motivazzjoni għandu jwassal lill-Qorti Ġenerali tannulla d-deċiżjoni kkontestata. |