|
12.3.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 80/28 |
Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Jannar 2011 — Universal vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-42/11)
2011/C 80/53
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Universal Corp. (Richmond, l-Istati Uniti) (rappreżentant: C. R. A. Swaak, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata stabbilita fl-ittri tat-12 u tat-30 ta’ Novembru 2010; u/jew |
|
— |
tiddikjara li r-rikorrenti ma tistax tiġi obbligata tħallas il-multa kollha jew parti minnha imposta f’din il-kawża sakemm tingħata sentenza definittiva fil-Kawża T-12/06, Deltafina vs Il-Kummissjoni, jew f’kull proċeduri sussegwenti; u |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Permezz tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti titlob l-annullament, skont l-Artikolu 263 TFUE, tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tinstab fl-ittra tagħha tat-12 ta’ Novembru 2010, indirizzata lil Universal Corporation, u kkonfermata bl-ittra tat-30 ta’ Novembru 2010, li teżiġi lil din tal-aħħar tħallas il-multa flimkien u in solidum imposta fuq Universal Corporation u Deltafina SpA fil-Każ COMP/C.38.281/B.2 — Tabakk mhux ipproċessat — Italja, tal-20 ta’ Ottubru 2005, wara l-irtirar tal-Kawża T-34/06 Universal Corp. vs Il-Kummissjoni iżda qabel ir-riżoluzzjoni tal-Kawża T-12/06 Deltafina SpA vs Il-Kummissjoni u kull proċeduri sussegwenti.
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.
|
(1) |
Skont l-ewwel motiv, id-deċiżjoni hija vvizzjata bi żball:
|
|
(2) |
It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettativi leġittimi:
|
|
(3) |
It-tielet motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba li jirriżulta mill-Artikolu 266 TFUE:
|