Kawża T‑669/11

Darius Nicolai Spirlea

u

Mihaela Spirlea

vs

Il‑Kummissjoni Ewropea

“Aċċess għal dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Dokument li joriġina mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja fil-kuntest ta’ proċedura EU Pilot — Artikolu 4(4) u (5) — It-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) — Rifjut ta’ aċċess — Ksur tal-forom proċedurali sostanzjali — Obbligu li jitwettaq eżami konkret u individwali — Aċċess parzjali — Interess pubbliku superjuri”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tal-25 ta’ Settembru 2014

  1. Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea – Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti – Regolament Nru 1049/2001 – Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti – Dokumenti li joriġinaw minn Stat Membru – Possibbiltà għall-Istat Membru li jitlob lill-istituzzjoni li d-dokumenti ma jiġux żvelati – Obbligu tal-istituzzjoni li ma tiżvelahomx mingħajr kunsens minn qabel

    (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, Artikolu 4(5))

  2. Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea – Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti – Regolament Nru 1049/2001 – Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti – Dokumenti li joriġinaw minn Stat Membru – Possibbiltà għall-Istat Membru li jitlob lill-istituzzjoni li d-dokumenti ma jiġux żvelati – Portata

    (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, Artikoli 4(1) sa (3), u 5)

  3. Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea – Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti – Regolament Nru 1049/2001 – Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti – Dokumenti li joriġinaw minn Stat Membru – Possibbiltà għall-Istat Membru li jitlob lill-istituzzjoni li d-dokumenti ma jiġux żvelati – Implikazzjonijiet proċedurali – Obbligu ta’ motivazzjoni tad-deċiżjoni ta’ rifjut li jaqa’ fuq l-Istat Membru u fuq l-istituzzjoni tal-Unjoni – Portata

    (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, Artikolu 4(1) sa (3))

  4. Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea – Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti – Regolament Nru 1049/2001 – Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti – Dokumenti li joriġinaw minn Stat Membru – Kunċett

  5. Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea – Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti – Regolament Nru 1049/2001 – Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti – Dokumenti li joriġinaw minn Stat Membru – Obbligu li jsir eżami konkret u individwali – Assenza

  6. Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea – Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti – Regolament Nru 1049/2001 – Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti – Protezzjoni tal-għanijiet ta’ spezzjoni, ta’ investigazzjoni u ta’ verifika – Interess pubbliku superjuri li jiġġustifika l-iżvelar ta’ dokumenti – Kunċett – Oneru tal-prova

    (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, Artikolu 4(2))

  7. Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea – Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti – Regolament Nru 1049/2001 – Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti – Interess pubbliku superjuri li jiġġustifika l-iżvelar ta’ dokumenti – Kunċett – Tressiq ta’ azzjoni sabiex tiġi kkonstatata r-responsabbiltà mhux kuntrattwali – Esklużjoni – Natura privata ta’ tali interess

  8. Rikors għal annullament – Stħarriġ tal-legalità – Kriterji – Teħid inkunsiderazzjoni unikament tal-punti ta’ fatt u ta’ liġi eżistenti fid-data tal-adozzjoni tal-att kontenzjuż

    (Artikolu 263 TFUE)

  9. Proċedura ġudizzjarja – Rikors promotur – Rekwiżiti proċedurali – Identifikazzjoni tas-suġġett tat-tilwima – Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati – Riferiment astratt – Inammissibbiltà

    (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 21 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(ċ))

  10. Proċedura ġudizzjarja – Tressiq ta’ motivi ġodda fil-mori tal-kawża – Motiv imqajjem għall-ewwel darba fl-istadju tar-replika – Inammissibbiltà

    (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikoli 44(1)(ċ) u 48(2))

  1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 46, 47)

  2.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 49-51, 60, 61)

  3.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 52-55, 83)

  4.  L-Artikolu 4(5) tar-Regolament Nru 1049/2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, ikopri d-dokumenti kollha li joriġinaw mill-Istati Membri u li dawn ikunu bagħtu lil istituzzjoni, ikun min ikun l-awtur ġewwa l-imsemmija Stati skont it-tqassim nazzjonali ta’ kompetenzi.

    (ara l-punt 67)

  5.  L-obbligu ta’ eżami konkret u individwali li jirriżulta mill-prinċipju ta’ trasparenza ma japplikax meta t-talba għal aċċess tirrigwarda dokument li joriġina minn Stat Membru skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament Nru 1049/2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni.

    Fil-fatt, fil-kuntest tal-proċess ta’ adozzjoni ta’ deċiżjoni ta’ rifjut ta’ aċċess, l-istituzzjoni li quddiemha titressaq talba għal aċċess għal dokument għandha sempliċiment tiżgura ruħha, minn naħa, jekk l-Istat Membru kkonċernat ibbażax l-oppożizzjoni tiegħu fuq l-eċċezzjonijiet materjali previsti fl-Artikolu 4(1) sa (3) tar-Regolament Nru 1049/2001 u, min-naħa l-oħra, jekk immotivax debitament il-pożizzjoni tiegħu f’dan ir-rigward.

    (ara l-punti 81, 82)

  6.  Għal dak li jirrigwarda l-eċċezzjoni għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti bbażata fuq il-protezzjoni tal-għanijiet ta’ spezzjoni, ta’ investigazzjoni u ta’ verifika prevista fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, għalkemm hija l-istituzzjoni li tinvoka l-imsemmija eċċezzjoni li għandha l-oneru tal-prova, min-naħa l-oħra, għal dak li jirrigwarda l-aħħar sentenza tal-Artikolu 4(2) ta’ dan ir-regolament, huma dawk li jeċċepixxu interess pubbliku superjuri fis-sens tal-aħħar sentenza tal-imsemmija dispożizzjoni li għandhom jipproduċu prova ta’ dan.

    Barra minn hekk, hija dik il-persuna li tallega l-eżistenza ta’ interess pubbliku superjuri fis-sens tal-Artikolu 4(2) tal-imsemmi regolament li għandha tinvoka b’mod konkret iċ-ċirkustanzi li jiġġustifikaw l-iżvelar tad-dokumenti kkonċernati. F’dan ir-rigward, l-espożizzjoni ta’ kunsiderazzjonijiet ta’ natura purament ġenerali ma hijiex biżżejjed sabiex jiġi stabbilit li interess pubbliku superjuri għandu jipprevali fuq ir-raġunijiet li jiġġustifikaw ir-rifjut ta’ żvelar tad-dokument fis-sens tal-aħħar sentenza tal-imsemmi Artikolu 4(2). Bl-istess mod, l-interess pubbliku superjuri li jista’ jiġġustifika l-iżvelar ta’ dokument ma għandux neċessarjament ikun distint mill-prinċipji li fuqhom huwa bbażat l-imsemmi regolament.

    (ara l-punti 91-93, 97)

  7.  L-interess ibbażat fuq il-possibbiltà li jinkisbu dokumenti ta’ prova insostenn ta’ azzjoni sabiex tiġi kkonstatata r-responsabbiltà quddiem qorti nazzjonali ma jistax jitqies li jikkostitwixxi “interess pubbliku superjuri” fis-sens tal-aħħar sentenza tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, iżda għandu jitqies li jikkostitwixxi interess privat.

    (ara l-punt 99)

  8.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punt 102)

  9.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 109, 110)

  10.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punt 112)