Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tat-3 ta’ Marzu 2015 – Bial‑Portela vs UASI – Isdin (ZEBEXIR)
(Kawża T‑366/11 RENV)
“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ZEBEXIR — Trade mark Komunitarja verbali preċedenti ZEBINIX — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”
|
1. |
Trade mark Komunitarja — Proċedura għat-tressiq ta’ kawża — Kawża mressqa quddiem il-qorti tal-Unjoni — Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali — Ordni indirizzata lill-Uffiċċju — Esklużjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 65(6)) (ara l-punt 26) |
|
2. |
Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 29, 50) |
|
3. |
Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Trade marks verbali ZEBEXIR u ZEBINIX (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 51, 52) |
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas‑6 ta’ April 2011 (Każ R 1212/2009‑1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Bial‑Portela & Ca, SA u Isdin, SA.
Dispożittiv
|
1) |
Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tas‑6 ta’ April 2011 (Każ R 1212/2009‑1) hija annullata. |
|
2) |
L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dawk sostnuti minn Bial‑Portela & Ca, SA. |
|
3) |
Isdin, SA għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess. |