SENTENZA TAL-QORTI ĠENERALI (Is-Sitt Awla)

12 Lulju 2012 ( *1 )

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva BASKAYA — Trade mark internazzjonali figurattiva preċedenti Passaia — Prova tal-użu ġenwin mit-trade mark preċedenti — Territorju rilevanti — Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

Fil-Kawża T-170/11,

Rivella International AG, stabbilita fi Rothrist (l-Isvizzera), inizjalment irrappreżentata minn C. Spintig, U. Sander u H. Förster, sussegwentement minn C. Spintig, S. Pietzcker u R. Jacobs, avukati,

rikorrenti,

vs

L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), irrappreżentat minn R. Manea u G. Schneider, bħala aġenti,

konvenut,

il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali, li hija

Baskaya di Baskaya Alim e C. Sas, stabbilita fi Grosseto (l-Italja), irrappreżentata minn H. Vogler, avukat,

li għandha bħala suġġett rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-10 ta’ Jannar 2011 (Każ R 534/2010-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Rivella International AG u Baskaya di Baskaya Alim e C. Sas,

IL-QORTI ĠENERALI (Is-Sitt Awla),

komposta minn H. Kanninen, President, N. Wahl (Relatur) u S. Soldevila Fragoso, Imħallfin,

Reġistratur: C. Heeren, Amministratur,

wara li rat ir-rikors ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fis-17 ta’ Marzu 2011,

wara li rat ir-risposta tal-UASI ppreżentata fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fis-6 ta’ Lulju 2011,

wara li rat ir-risposta tal-intervenjenti ppreżentata fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fis-27 ta’ Ġunju 2011,

wara s-seduta tat-3 ta’ Mejju 2012, li għaliha pparteċipaw ir-rikorrenti u l-UASI,

tagħti l-preżenti

Sentenza

Il-fatti li wasslu għall-kawża

1

Fil-25 ta’ Ottubru 2007, l-intervenjenti, Baskaya di Baskaya Alim e C. Sas, ippreżentat applikazzjoni għal trade mark Komunitarja fl-Uffiċċju tal-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1993 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 146), kif emendat [sostitwit bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1]

2

It-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni hija s-sinjal figurattiv segwenti:

Image

3

Il-prodotti li għalihom saret applikazzjoni għal reġistrazzjoni jaqgħu taħt il-klassijiet 29, 30 u 32 fis-sens tal-Ftehim ta’ Nice dwar il-klassifikazzjoni internazzjonali ta’ prodotti u servizzi għall-finijiet tar-reġistrazzjoni ta’ trade marks, tal-15 ta’ Ġunju 1957, kif irrivedut u emendat, u jikkorrispondu, għal kull waħda minn dawn il-klassijiet, għad-deskrizzjoni li ġejja:

klassi 29: “Laħam, ħut, tjur domestiku u selvaġġ; Estratti tal-laħam; Frott u ħaxix ippriservat, imnixxef u msajjar; Ġèli, ġammijiet, frott ippreservat jew misjur fix-xropp; Bajd; Ħalib u prodotti tal-ħalib; Żjut u xaħmijiet li jittieklu”;

klassi 30: “Kafè, te, kawkaw, zokkor, ross; tapjoka, sago, kafè artifiċjali; Dqiq u preparazzjonijiet magħmulin miċ-ċereali; Ħobż, għaġina u ħlewwiet, ġelati; Għasel, għasel iswed; Ħmira, trab tal-ħami; Melħ, mustarda; Ħall, zlazi (kondimenti); Ħwawar; Silġ”;

klassi 32: “Birer; Ilma minerali u ilma effervexxenti, u xorb ieħor mhux alkoħoliku; Xorb li fih il-frott u sugi tal-frott; Xroppi u preparazzjonijiet oħra biex tagħmel xarbiet”.

4

L-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja ġiet ippubblikata fil-Bulettin tat-trade marks Komunitarji Nru 38/2006, tal-31 ta’ Marzu 2008.

5

Fit-30 ta’ Ġunju 2008, ir-rikorrenti, Rivella International AG, ressqet oppożizzjoni skont l-Artikolu 42 tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 41 tar-Regolament Nru 207/2009) kontra r-reġistrazzjoni tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni, filwaqt li invokat probabbiltà ta’ konfużjoni fis-sens tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009].

6

L-oppożizzjoni kienet ibbażata fuq it-trade mark internazzjonali figurattiva preċedenti, irreġistrata fit-30 ta’ Ġunju 1992 bin-numru 470542 u estiża sat-30 ta’ Ġunju 2012, li tipproduċi effetti fil-Ġermanja, fi Spanja, fi Franza, fl-Italja, fl-Awstrija u fil-pajjiżi tal-Benelux, għall-prodotti li ġejjin li jaqgħu fil-klassi 32: “Birra, birra ċara u porter; Ilma minerali u ilma effervexxenti, u xorb ieħor mhux alkoħoliku; Xroppi u preparazzjonijiet oħra biex tagħmel xarbiet”. Din it-trade mark hija rriprodotta hawn taħt:

Image

7

Billi ġiet mistiedna sabiex tipproduċi prova tal-użu mit-trade mark preċedenti, fil-31 ta’ Marzu 2009 r-rikorrenti ppreċiżat li hija żammet l-oppożizzjoni biss għall-parti Ġermaniża tar-reġistrazzjoni internazzjonali u ppreżentat għadd ta’ dokumenti bħala prova tal-użu fl-Isvizzera. F’dan ir-rigward, hija invokat l-Artikolu 5 tal-Ftehim tat-13 ta’ April 1892 bejn l-Isvizzera u l-Ġermanja dwar il-protezzjoni reċiproka tal-privattivi, disinni, mudelli u trade marks (iktar ’il quddiem il-“Ftehim tal-1892”). Skont dan il-ftehim, l-użu fl-Isvizzera kien ekwivalenti għal dak fil-Ġermanja.

8

B’deċiżjoni tat-8 ta’ Frar 2010, id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni, fin-nuqqas ta’ prova tal-użu mit-trade mark preċedenti, ċaħdet l-oppożizzjoni. Hija kkonstatat li mill-atti prodotti kien jirriżulta li t-trade mark invokata insostenn tal-oppożizzjoni kienet biss tintuża fl-Isvizzera u ċaħdet l-applikazzjoni tal-Ftehim tal-1892.

9

Fis-7 ta’ April 2010, ir-rikorrenti appellat quddiem l-UASI mid-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni.

10

B’deċiżjoni tal-10 ta’ Jannar 2011 (iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni kkontestata”), ir-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI ċaħad l-appell minħabba li l-prova tal-użu ġenwin mit-trade mark preċedenti invokata insostenn tal-oppożizzjoni kienet tikkonċerna biss l-Isvizzera. Hija qieset li l-uniku qafas legali rilevanti kien dak tar-Regolament Nru 207/2009 u b’mod iktar speċifiku l-Artikolu 42(2) u (3) tiegħu, skont liema Artikolu t-trade mark preċedenti għandha tintuża b’mod ġenwin fl-Istat Membru fejn din tinsab protetta.

It-talbiet tal-partijiet

11

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

12

L-UASI u l-intervenjenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiċħad ir-rikors;

tikkundanna lir-rikorrenti għall-ispejjeż.

Id-dritt

13

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv wieħed, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009.

14

Preliminarjament, l-ewwel nett għandu jiġi kkonstatat li huwa paċifiku li t-talba tal-intervenjenti li hija intiża sabiex tingħata prova tal-użu ġenwin mit-trade mark preċedenti tqajmet fil-kuntest tal-proċedimenti ta’ oppożizzjoni.

15

It-tieni nett, għandu jiġi rrilevat li r-rikorrenti ma pproduċietx prova li turi li t-trade mark preċedenti kienet intużat fil-Ġermanja, peress li l-provi tal-użu jikkonċernaw biss l-Isvizzera.

16

Madankollu, f’dan ir-rigward, ir-rikorrenti tqis li l-prova tal-użu ġenwin mit-trade mark preċedenti fl-Isvizzera hija biżżejjed sabiex tappoġġa l-oppożizzjoni għat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni.

17

F’dan il-kuntest, hija tirreferi għall-Artikolu 5(1) tal-Ftehim tal-1892, li jgħid li “l-konsegwenzi negattivi li, skont il-liġijiet tal-partijiet kontraenti, jirriżultaw mill-fatt li invenzjoni ma tkunx ġiet implementata, li disinn jew mudell ma jkunx ġie riprodott, jew li trade mark ta’ ditta jew trade mark kummerċjali ma intużatx f’ċertu terminu ma jiġux fis-seħħ jekk l-implementazzjoni, ir-riproduzzjoni jew l-użu jseħħu fit-territorju tal-parti l-oħra.”

18

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni li, skont il-Ftehim tal-1892, il-parti Ġermaniża ta’ reġistrazzjoni internazzjonali għandha titqies bħala li hija “użata” fil-Ġermanja meta din tkun “użata” fl-Isvizzera.

19

Billi l-Ftehim tal-1892 jagħmel parti integrali mid-dritt Ġermaniż, it-trade mark internazzjonali, li l-protezzjoni tagħha testendi ruħha sal-Ġermanja, għandha biss tiġi evalwata skont dan id-dritt. Skont ir-rikorrenti, minn dan isegwi li, f’dak li jikkonċerna l-evalwazzjoni tal-provi tal-użu, it-territorju rilevanti huwa estiż sabiex jinkludi l-Isvizzera wkoll.

20

Barra minn hekk, ir-rikorrenti tesprimi wkoll dubji dwar il-possibbiltà li tintalab prova tal-użu ġenwin b’applikazzjoni tal-Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009 f’dak li jikkonċerna trade mark internazzjonali.

21

Il-Qorti Ġenerali tikkonstata li l-użu ġenwin, fl-Isvizzera, mit-trade mark invokata insostenn tal-oppożizzjoni ma huwiex ikkontestat f’dan il-każ. Għaldaqstant, huwa utli li tiġi indirizzata, l-ewwel nett, il-kwistjoni rilevanti f’din il-kawża, jiġifieri dik marbuta mal-aspett territorjali tal-użu ġenwin u, it-tieni nett, il-kwistjoni tad-dubju li ntwera mir-rikorrenti fir-rigward tal-possibbiltà li tista’ tintalab prova tal-użu ġenwin b’applikazzjoni tal-Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009 f’dak li jikkonċerna trade mark internazzjonali.

22

F’dak li jikkonċerna, l-ewwel nett, l-aspett territorjali tal-użu mit-trade marks u, b’mod iktar speċifiku, il-kwistjoni dwar fir-rigward ta’ liema territorju għandha tiġi prodotta l-prova tal-użu mit-trade mark preċedenti, għandu jitfakkar li, f’dan il-każ, dawn huma proċedimenti ta’ oppożizzjoni Komunitarji. Għaldaqstant, id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament Nru 207/2009 kif ukoll dawk tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95, tat-13 ta’ Diċembru 1995, li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 189), kif emendat, għandhom japplikaw għall-imsemmija proċedimenti.

23

Il-Qorti Ġenerali tfakkar li l-Artikolu 42(2) tar-Regolament Nru 207/2009 jipprovdi dan li ġej:

“Fuq talba tal-applikant, il-proprjetarju ta’ trade mark Komunitarja preċedenti li jkun għamel notifika għandu iġib provi li, waqt il-perjodu ta’ ħames snin qabel id-data ta’ pubblikazzjoni tal-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja, ikun sar użu ġenwin mit-trade mark Komunitarja preċedenti fil-Komunità f’konnessjoni mal-prodotti jew servizzi li għalihom hija tkun reġistrata u li huwa qiegħed isemmi bħala ġustifikazzjoni għall-oppożizzjoni tiegħu, jew li hemm raġunijiet validi għalfejn m’għandhiex tintuża, sakemm it-trade mark Komunitarja preċedenti tkun f’dik id-data ilha reġistrata għal mhux inqas minn ħames snin. F’nuqqas ta’ provi ta’ din ix-xorta, l-oppożizzjoni għandha tiġi miċħuda.”

24

Barra minn hekk, skont l-Artikolu 42(3) tar-Regolament Nru 207/2009, “[i]l-paragrafu 2 japplika għal trade marks nazzjonali preċedenti msemmija fl-Artikolu 8(2)(a), u dana billi l-użu f’l-Istat Membru fejn it-trade mark nazzjonali preċedenti hija protetta jiġi sostitwit b’użu fil-Komunità”.

25

Minbarra dan, skont ir-Regola 22(3) tar-Regolament Nru 2868/95, kif emendat, il-prova tal-użu għandha tkopri l-post, it-tul ta’ żmien, l-importanza u n-natura tal-użu li sar mit-trade mark preċedenti.

26

Mid-dispożizzjonijiet iċċitati iktar ’il fuq jirriżulta li l-kwistjonijiet marbuta mal-prova prodotta insostenn tal-motivi ta’ oppożizzjoni għal applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja u l-kwistjonijiet marbuta mal-aspett territorjali tal-użu mit-trade marks huma rregolati mid-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament Nru 207/2009 mingħajr il-bżonn li jsir riferiment għal xi dispożizzjoni ta’ dritt intern tal-Istati Membri.

27

Il-fatt li t-trade marks nazzjonali jew internazzjonali preċedenti jistgħu jkunu invokati insostenn ta’ oppożizzjoni mressqa kontra r-reġistrazzjoni ta’ trade marks Komunitarji ma jfissirx, kuntrarjament għal dak li ssostni r-rikorrenti, li d-dritt nazzjonali applikabbli għat-trade mark preċedenti invokata insostenn tal-oppożizzjoni huwa d-dritt rilevanti f’dak li jikkonċerna proċedimenti ta’ oppożizzjoni Komunitarji.

28

Ċertament, fl-assenza ta’ dispożizzjonijiet rilevanti fir-Regolament Nru 207/2009 jew, jekk ikun il-każ, fid-Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2008, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (ĠU L 299, p. 25), id-dritt nazzjonali għandu jservi bħala punt ta’ riferiment.

29

Dan huwa l-każ f’dak li jikkonċerna d-data ta’ reġistrazzjoni ta’ trade mark preċedenti invokata matul proċedimenti ta’ oppożizzjoni Komunitarji. Ir-Regolament Nru 207/2009 ma jippermettix li tiġi ddeterminata d-data li fiha t-trade marks nazzjonali preċedenti huma kkunsidrati bħala rreġistrati f’kull wieħed mill-Istati Membri, b’mod li din il-kwistjoni taqa’ taħt id-dritt nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat. Barra minn hekk, minkejja li d-dritt nazzjonali ġie armonizzat bid-Direttiva 2008/95, mis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, tal-14 ta’ Ġunju 2007, Häupl (C-246/05, Ġabra p. I-4673, punti 26 sa 31) jirriżulta madankollu li l-imsemmija direttiva ma tarmonizzax il-proċeduri tar-reġistrazzjoni tat-trade marks, b’mod li b’hekk ikun l-Istat Membru li l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni ġiet ippreżentata lilu li għandu jiddetermina l-mument meta tintemm il-proċedura ta’ reġistrazzjoni skont ir-regoli proċedurali tiegħu stess [ara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali, tal-14 ta’ April 2011, Lancôme vs UASI — Focus Magazin Verlag (ACNO FOCUS), T-466/08, Ġabra p. II-1831, punti 30 u 31, u l-ġurisprudenza ċċitata].

30

Madankollu, hekk kif jirriżulta minn dak kollu premess, dan ma huwiex il-każ f’dak li jikkonċerna d-determinazzjoni tat-territorju li fih għandu jintwera l-użu mit-trade mark preċedenti. Din il-kwistjoni hija rregolata bir-Regolament Nru 207/2009 b’mod eżawrjenti, mingħajr ma hemm bżonn li jsir riferiment għad-dritt nazzjonali.

31

Skont id-dispożizzjonijiet imsemmija iktar ’il fuq, l-użu ġenwin minn trade mark preċedenti, sew jekk din tkun Komunitarja, nazzjonali jew internazzjonali, għandha tingħata prova tiegħu fl-Unjoni Ewropea jew fl-Istat Membru kkonċernat.

32

Għalhekk, l-argument tar-rikorrenti li jgħid li l-Bord tal-Appell kellu jieħu inkunsiderazzjoni l-punt 26 tal-Gesetz über den Schutz von Marken und sonstigen Kennzeichen (Markengesetz, liġi Ġermaniża dwar il-protezzjoni tat-trade marks u ta’ sinjali oħra), għandu jiġi miċħud.

33

Barra minn hekk, għandu jiġi nnotat li d-dritt tat-trade marks armonizzat tal-Istati Membri jippresupponi wkoll użu obbligatorju fl-Istat Membru kkonċernat (ara l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 2008/95). Għandu jiġi nnotat ukoll li r-rekwiżit tal-użu ġenwin, taħt piena tas-sanzjonijiet previsti bl-imsemmija direttiva, ġie traspost fid-dritt nazzjonali (l-Artikolu 26 tal-Markengesetz). Il-fatt li, fl-ordinament intern, jekk ikun il-każ, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja tapplika l-Artikolu 5 tal-Ftehim tal-1892, li huwa ftehim bilaterali li, skont l-Artikolu 351 TFUE, ma jorbotx lill-Unjoni, huwa madankollu irrilevanti f’dan il-każ.

34

Għaldaqstant, fil-kawża li wasslet għas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, tat-13 ta’ Settembru 2007, Il Ponte Finanziaria vs UASI (C-234/06 P, Ġabra p. I-7333, punti 101 sa 103), il-Qorti tal-Ġustizzja qieset li t-teżi li tgħid li proprjetarju ta’ reġistrazzjoni nazzjonali li jopponi ruħu għal applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja jista’ jinvoka trade mark preċedenti li l-użu tagħha ma ġiex stabbilit minħabba li, skont leġiżlazzjoni nazzjonali, din tikkostitwixxi trade mark difensiva, ma hijiex kompatibbli mal-Artikolu 43(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009.

35

Peress li f’dan il-każ, id-dritt nazzjonali ma għandu ebda rilevanza, ir-riferiment li r-rikorrenti għamlet għall-espożizzjoni tal-motivi tal-emenda tal-Patentgesetz (liġi Ġermaniża dwar il-privattivi), tal-Markengesetz u ta’ liġijiet oħra, f’dak li jikkonċerna l-applikabbiltà tal-Ftehim tal-1892 kif ukoll it-traspożizzjoni tad-direttiva dwar it-trade marks fid-dritt Ġermaniż, huma irrilevanti f’dak li jikkonċerna r-riżoluzzjoni ta’ din il-kawża. L-istess jgħodd għal dak li jikkonċerna l-ġurisprudenza tal-Bundesgerichtshof (Qorti Federali tal-Ġustizzja, il-Ġermanja) dwar interpretazzjonijiet ġuridiċi nazzjonali.

36

Fl-aħħar nett, skont ir-rikorrenti, il-fatt li l-Ftehim tal-1892 ma jiġix applikat jikser in-natura unitarja tat-trade mark Komunitarja fil-kuntest tal-Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009, fil-każ fejn, quddiem il-qorti Ġermaniża, dan il-ftehim ikun jirrikjedi l-projbizzjoni tal-użu, fil-Ġermanja, mit-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni, u dan peress li d-dritt Ġermaniż, li minnu jagħmel parti l-ftehim tal-1892, għadu applikabbli. Sa fejn ir-rikorrenti tqis li l-approċċ tal-Bord tal-Appell jikkostitwixxi ksur tal-prinċipju ta’ natura unitarja tat-trade mark Komunitarja, huwa biżżejjed li jsir riferiment għall-premessi 4 u 6 tar-Regolament Nru 207/2009. Minn dan tirriżulta l-koeżistenza tas-sistemi nazzjonali u tas-sistema Komunitarja. Barra minn hekk, hekk kif ir-rikorrenti stess irrikonoxxiet billi għamlet riferiment għall-Artikoli 111 u 165 tar-Regolament Nru 207/2009, mill-premessa 3 tal-imsemmi regolament jirriżulta li dan il-prinċipju ma huwiex wieħed assolut.

37

F’dak li jikkonċerna, it-tieni nett, il-possibbiltà li prova tal-użu ġenwin tista’ tintalab f’dak li jikkonċerna trade mark nazzjonali, sa fejn ir-rikorrenti tqis li l-imsemmija possibbiltà ma tistax tiġi implementata minħabba l-fatt li l-Artikolu 42(3) tar-Regolament Nru 207/2009 jistipula biss it-trade marks nazzjonali, il-Qorti Ġenerali tfakkar li l-Artikolu 8(2)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 jippreċiża d-definizzjoni ta’ “Trade marks preċedenti”. Skont l-Artikolu 8(2)(a)(iii), jikkostitwixxu, b’mod partikolari, trade marks preċedenti, dawk it-trade marks irreġistrati taħt arranġamenti internazzjonali li għandhom effett fi Stat Membru li d-data tal-preżentata tagħhom hija preċedenti għall-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja.

38

Bl-istess mod, l-Artikolu 4(1) tal-arranġament ta’ Madrid dwar ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade marks, tal-14 ta’ April 1981, kif rivedut u emendat, kif ukoll l-Artikolu 4(1)(a) tal-Protokoll dwar l-arranġament ta’ Madrid, jipprovdu li l-protezzjoni tat-trade mark f’kull waħda mill-partijiet ikkonċernati għandha tkun l-istess bħallikieku din it-trade mark kienet ġiet ippreżentata direttament għand l-Uffiċċju minn din il-parti kontraenti.

39

Għalhekk, ir-riferiment għall-Artikolu 8(2)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 li huwa magħmul fl-Artikolu 42(3) tal-istess regolament, għandu jinftiehem fis-sens li “trade marks reġistrati taħt arranġamenti internazzjonali li għandhom effett fi Stat Membru” għandhom jiġu assimilati mat-“trade marks nazzjonali”.

40

Għaldaqstant, id-dubju espress mir-rikorrenti dwar l-applikabbiltà tal-Artikolu 42(3) tar-Regolament Nru 207/2009 għat-trade marks internazzjonali ma huwiex iġġustifikat.

41

Għaldaqstant, hemm lok li jiġi konkluż li l-Bord tal-Appell seta’ legalment jiċħad l-oppożizzjoni, minħabba nuqqas ta’ prova tal-użu ġenwin mit-trade mark preċedenti fil-Ġermanja, b’mod konformi mal-Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009.

42

Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li l-motiv uniku għandu jiġi miċħud u, konsegwentement, ir-rikors kollu kemm hu.

Fuq l-ispejjeż

43

Skont l-Artikolu 87(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, il-parti li titlef għandha tbati l-ispejjeż, jekk dawn ikunu ġew mitluba. Peress li r-rikorrenti tilfet, hemm lok li din tiġi kkundannata għall-ispejjeż, skont it-talbiet tal-UASI u tal-intervenjenti.

 

Għal dawn il-motivi,

IL-QORTI ĠENERALI (Is-Sitt Awla)

taqta’ u tiddeċiedi:

 

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

 

2)

Rivella International AG hija kkundannata għall-ispejjeż.

 

Kanninen

Wahl

Soldevila Fragoso

Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fit-12 ta’ Lulju 2012.

Firem


( *1 ) Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.


Partijiet
Motivi tas-sentenza
Parti operattiva

Partijiet

Fil-Kawża T-170/11,

Rivella International AG, stabbilita fi Rothrist (l-Isvizzera), inizjalment irrappreżentata minn C. Spintig, U. Sander u H. Förster, sussegwentement minn C. Spintig, S. Pietzcker u R. Jacobs, avukati,

rikorrenti,

vs

L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), irrappreżentat minn R. Manea u G. Schneider, bħala aġenti,

konvenut,

il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali, li hija

Baskaya di Baskaya Alim e C. Sas, stabbilita fi Grosseto (l-Italja), irrappreżentata minn H. Vogler, avukat,

li għandha bħala suġġett rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-10 ta’ Jannar 2011 (Każ R 534/2010-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Rivella International AG u Baskaya di Baskaya Alim e C. Sas,

IL-QORTI ĠENERALI (Is-Sitt Awla),

komposta minn H. Kanninen, President, N. Wahl (Relatur) u S. Soldevila Fragoso, Imħallfin,

Reġistratur: C. Heeren, Amministratur,

wara li rat ir-rikors ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fis-17 ta’ Marzu 2011,

wara li rat ir-risposta tal-UASI ppreżentata fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fis-6 ta’ Lulju 2011,

wara li rat ir-risposta tal-intervenjenti ppreżentata fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fis-27 ta’ Ġunju 2011,

wara s-seduta tat-3 ta’ Mejju 2012, li għaliha pparteċipaw ir-rikorrenti u l-UASI,

tagħti l-preżenti

Sentenza

Motivi tas-sentenza

Il-fatti li wasslu għall-kawża

1. Fil-25 ta’ Ottubru 2007, l-intervenjenti, Baskaya di Baskaya Alim e C. Sas, ippreżentat applikazzjoni għal trade mark Komunitarja fl-Uffiċċju tal-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1993 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 146), kif emendat [sostitwit bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1]

2. It-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni hija s-sinjal figurattiv segwenti:

>image>5

3. Il-prodotti li għalihom saret applikazzjoni għal reġistrazzjoni jaqgħu taħt il-klassijiet 29, 30 u 32 fis-sens tal-Ftehim ta’ Nice dwar il-klassifikazzjoni internazzjonali ta’ prodotti u servizzi għall-finijiet tar-reġistrazzjoni ta’ trade marks, tal-15 ta’ Ġunju 1957, kif irrivedut u emendat, u jikkorrispondu, għal kull waħda minn dawn il-klassijiet, għad-deskrizzjoni li ġejja:

– klassi 29: “Laħam, ħut, tjur domestiku u selvaġġ; Estratti tal-laħam; Frott u ħaxix ippriservat, imnixxef u msajjar; Ġèli, ġammijiet, frott ippreservat jew misjur fix-xropp; Bajd; Ħalib u prodotti tal-ħalib; Żjut u xaħmijiet li jittieklu”;

– klassi 30: “Kafè, te, kawkaw, zokkor, ross; tapjoka, sago, kafè artifiċjali; Dqiq u preparazzjonijiet magħmulin miċ-ċereali; Ħobż, għaġina u ħlewwiet, ġelati; Għasel, għasel iswed; Ħmira, trab tal-ħami; Melħ, mustarda; Ħall, zlazi (kondimenti); Ħwawar; Silġ”;

– klassi 32: “Birer; Ilma minerali u ilma effervexxenti, u xorb ieħor mhux alkoħoliku; Xorb li fih il-frott u sugi tal-frott; Xroppi u preparazzjonijiet oħra biex tagħmel xarbiet”.

4. L-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja ġiet ippubblikata fil- Bulettin tat-trade marks Komunitarji Nru 38/2006, tal-31 ta’ Marzu 2008.

5. Fit-30 ta’ Ġunju 2008, ir-rikorrenti, Rivella International AG, ressqet oppożizzjoni skont l-Artikolu 42 tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 41 tar-Regolament Nru 207/2009) kontra r-reġistrazzjoni tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni, filwaqt li invokat probabbiltà ta’ konfużjoni fis-sens tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009].

6. L-oppożizzjoni kienet ibbażata fuq it-trade mark internazzjonali figurattiva preċedenti, irreġistrata fit-30 ta’ Ġunju 1992 bin-numru 470542 u estiża sat-30 ta’ Ġunju 2012, li tipproduċi effetti fil-Ġermanja, fi Spanja, fi Franza, fl-Italja, fl-Awstrija u fil-pajjiżi tal-Benelux, għall-prodotti li ġejjin li jaqgħu fil-klassi 32: “Birra, birra ċara u porter; Ilma minerali u ilma effervexxenti, u xorb ieħor mhux alkoħoliku; Xroppi u preparazzjonijiet oħra biex tagħmel xarbiet”. Din it-trade mark hija rriprodotta hawn taħt:

>image>6

7. Billi ġiet mistiedna sabiex tipproduċi prova tal-użu mit-trade mark preċedenti, fil-31 ta’ Marzu 2009 r-rikorrenti ppreċiżat li hija żammet l-oppożizzjoni biss għall-parti Ġermaniża tar-reġistrazzjoni internazzjonali u ppreżentat għadd ta’ dokumenti bħala prova tal-użu fl-Isvizzera. F’dan ir-rigward, hija invokat l-Artikolu 5 tal-Ftehim tat-13 ta’ April 1892 bejn l-Isvizzera u l-Ġermanja dwar il-protezzjoni reċiproka tal-privattivi, disinni, mudelli u trade marks (iktar ’il quddiem il-“Ftehim tal-1892”). Skont dan il-ftehim, l-użu fl-Isvizzera kien ekwivalenti għal dak fil-Ġermanja.

8. B’deċiżjoni tat-8 ta’ Frar 2010, id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni, fin-nuqqas ta’ prova tal-użu mit-trade mark preċedenti, ċaħdet l-oppożizzjoni. Hija kkonstatat li mill-atti prodotti kien jirriżulta li t-trade mark invokata insostenn tal-oppożizzjoni kienet biss tintuża fl-Isvizzera u ċaħdet l-applikazzjoni tal-Ftehim tal-1892.

9. Fis-7 ta’ April 2010, ir-rikorrenti appellat quddie m l-UASI mid-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni.

10. B’deċiżjoni tal-10 ta’ Jannar 2011 (iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni kkontestata”), ir-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI ċaħad l-appell minħabba li l-prova tal-użu ġenwin mit-trade mark preċedenti invokata insostenn tal-oppożizzjoni kienet tikkonċerna biss l-Isvizzera. Hija qieset li l-uniku qafas legali rilevanti kien dak tar-Regolament Nru 207/2009 u b’mod iktar speċifiku l-Artikolu 42(2) u (3) tiegħu, skont liema Artikolu t-trade mark preċedenti għandha tintuża b’mod ġenwin fl-Istat Membru fejn din tinsab protetta.

It-talbiet tal-partijiet

11. Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

– tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

– tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

12. L-UASI u l-intervenjenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

– tiċħad ir-rikors;

– tikkundanna lir-rikorrenti għall-ispejjeż.

Id-dritt

13. Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv wieħed, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009.

14. Preliminarjament, l-ewwel nett għandu jiġi kkonstatat li huwa paċifiku li t-talba tal-intervenjenti li hija intiża sabiex tingħata prova tal-użu ġenwin mit-trade mark preċedenti tqajmet fil-kuntest tal-proċedimenti ta’ oppożizzjoni.

15. It-tieni nett, għandu jiġi rrilevat li r-rikorrenti ma pproduċietx prova li turi li t-trade mark preċedenti kienet intużat fil-Ġermanja, peress li l-provi tal-użu jikkonċernaw biss l-Isvizzera.

16. Madankollu, f’dan ir-rigward, ir-rikorrenti tqis li l-prova tal-użu ġenwin mit-trade mark preċedenti fl-Isvizzera hija biżżejjed sabiex tappoġġa l-oppożizzjoni għat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni.

17. F’dan il-kuntest, hija tirreferi għall-Artikolu 5(1) tal-Ftehim tal-1892, li jgħid li “l-konsegwenzi negattivi li, skont il-liġijiet tal-partijiet kontraenti, jirriżultaw mill-fatt li invenzjoni ma tkunx ġiet implementata, li disinn jew mudell ma jkunx ġie riprodott, jew li trade mark ta’ ditta jew trade mark kummerċjali ma intużatx f’ċertu terminu ma jiġux fis-seħħ jekk l-implementazzjoni, ir-riproduzzjoni jew l-użu jseħħu fit-territorju tal-parti l-oħra.”

18. F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni li, skont il-Ftehim tal-1892, il-parti Ġermaniża ta’ reġistrazzjoni internazzjonali għandha titqies bħala li hija “użata” fil-Ġermanja meta din tkun “użata” fl-Isvizzera.

19. Billi l-Ftehim tal-1892 jagħmel parti integrali mid-dritt Ġermaniż, it-trade mark internazzjonali, li l-protezzjoni tagħha testendi ruħha sal-Ġermanja, għandha biss tiġi evalwata skont dan id-dritt. Skont ir-rikorrenti, minn dan isegwi li, f’dak li jikkonċerna l-evalwazzjoni tal-provi tal-użu, it-territorju rilevanti huwa estiż sabiex jinkludi l-Isvizzera wkoll.

20. Barra minn hekk, ir-rikorrenti tesprimi wkoll dubji dwar il-possibbiltà li tintalab prova tal-użu ġenwin b’applikazzjoni tal-Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009 f’dak li jikkonċerna trade mark internazzjonali.

21. Il-Qorti Ġenerali tikkonstata li l-użu ġenwin, fl-Isvizzera, mit-trade mark invokata insostenn tal-oppożizzjoni ma huwiex ikkontestat f’dan il-każ. Għaldaqstant, huwa utli li tiġi indirizzata, l-ewwel nett, il-kwistjoni rilevanti f’din il-kawża, jiġifieri dik marbuta mal-aspett territorjali tal-użu ġenwin u, it-tieni nett, il-kwistjoni tad-dubju li ntwera mir-rikorrenti fir-rigward tal-possibbiltà li tista’ tintalab prova tal-użu ġenwin b’applikazzjoni tal-Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009 f’dak li jikkonċerna trade mark internazzjonali.

22. F’dak li jikkonċerna, l-ewwel nett, l-aspett territorjali tal-użu mit-trade marks u, b’mod iktar speċifiku, il-kwistjoni dwar fir-rigward ta’ liema territorju għandha tiġi prodotta l-prova tal-użu mit-trade mark preċedenti, għandu jitfakkar li, f’dan il-każ, dawn huma proċedimenti ta’ oppożizzjoni Komunitarji. Għaldaqstant, id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament Nru 207/2009 kif ukoll dawk tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95, tat-13 ta’ Diċembru 1995, li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 189), kif emendat, għandhom japplikaw għall-imsemmija proċedimenti.

23. Il-Qorti Ġenerali tfakkar li l-Artikolu 42(2) tar-Regolament Nru 207/2009 jipprovdi dan li ġej:

“Fuq talba tal-applikant, il-proprjetarju ta’ trade mark Komunitarja preċedenti li jkun għamel notifika għandu iġib provi li, waqt il-perjodu ta’ ħames snin qabel id-data ta’ pubblikazzjoni tal-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja, ikun sar użu ġenwin mit-trade mark Komunitarja preċedenti fil-Komunità f’konnessjoni mal-prodotti jew servizzi li għalihom hija tkun reġistrata u li huwa qiegħed isemmi bħala ġustifikazzjoni għall-oppożizzjoni tiegħu, jew li hemm raġunijiet validi għalfejn m’għandhiex tintuża, sakemm it-trade mark Komunitarja preċedenti tkun f’dik id-data ilha reġistrata għal mhux inqas minn ħames snin. F’nuqqas ta’ provi ta’ din ix-xorta, l-oppożizzjoni għandha tiġi miċħuda.”

24. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 42(3) tar-Regolament Nru 207/2009, “[i]l-paragrafu 2 japplika għal trade marks nazzjonali preċedenti msemmija fl-Artikolu 8(2)(a), u dana billi l-użu f’l-Istat Membru fejn it-trade mark nazzjonali preċedenti hija protetta jiġi sostitwit b’użu fil-Komunità”.

25. Minbarra dan, skont ir-Regola 22(3) tar-Regolament Nru 2868/95, kif emendat, il-prova tal-użu għandha tkopri l-post, it-tul ta’ żmien, l-importanza u n-natura tal-użu li sar mit-trade mark preċedenti.

26. Mid-dispożizzjonijiet iċċitati iktar ’il fuq jirriżulta li l-kwistjonijiet marbuta mal-prova prodotta insostenn tal-motivi ta’ oppożizzjoni għal applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja u l-kwistjonijiet marbuta mal-aspett territorjali tal-użu mit-trade marks huma rregolati mid-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament Nru 207/2009 mingħajr il-bżonn li jsir riferiment għal xi dispożizzjoni ta’ dritt intern tal-Istati Membri.

27. Il-fatt li t-trade marks nazzjonali jew internazzjonali preċedenti jistgħu jkunu invokati insostenn ta’ oppożizzjoni mressqa kontra r-reġistrazzjoni ta’ trade marks Komunitarji ma jfissirx, kuntrarjament għal dak li ssostni r-rikorrenti, li d-dritt nazzjonali applikabbli għat-trade mark preċedenti invokata insostenn tal-oppożizzjoni huwa d-dritt rilevanti f’dak li jikkonċerna proċedimenti ta’ oppożizzjoni Komunitarji.

28. Ċertament, fl-assenza ta’ dispożizzjonijiet rilevanti fir-Regolament Nru 207/2009 jew, jekk ikun il-każ, fid-Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2008, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (ĠU L 299, p. 25), id-dritt nazzjonali għandu jservi bħala punt ta’ riferiment.

29. Dan huwa l-każ f’dak li jikkonċerna d-data ta’ reġistrazzjoni ta’ trade mark preċedenti invokata matul proċedimenti ta’ oppożizzjoni Komunitarji. Ir-Regolament Nru 207/2009 ma jippermettix li tiġi ddeterminata d-data li fiha t-trade marks nazzjonali preċedenti huma kkunsidrati bħala rreġistrati f’kull wieħed mill-Istati Membri, b’mod li din il-kwistjoni taqa’ taħt id-dritt nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat. Barra minn hekk, minkejja li d-dritt nazzjonali ġie armonizzat bid-Direttiva 2008/95, mis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, tal-14 ta’ Ġunju 2007, Häupl (C-246/05, Ġabra p. I-4673, punti 26 sa 31) jirriżulta madankollu li l-imsemmija direttiva ma tarmonizzax il-proċeduri tar-reġistrazzjoni tat-trade marks, b’mod li b’hekk ikun l-Istat Membru li l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni ġiet ippreżentata lilu li għandu jiddetermina l-mument meta tintemm il-proċedura ta’ reġistrazzjoni skont ir-regoli proċedurali tiegħu stess [ara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali, tal-14 ta’ April 2011, Lancôme vs UASI — Focus Magazin Verlag (ACNO FOCUS), T-466/08, Ġabra p. II-1831, punti 30 u 31, u l-ġurisprudenza ċċitata].

30. Madankollu, hekk kif jirriżulta minn dak kollu premess, dan ma huwiex il-każ f’dak li jikkonċerna d-determinazzjoni tat-territorju li fih għandu jintwera l-użu mit-trade mark preċedenti. Din il-kwistjoni hija rregolata bir-Regolament Nru 207/2009 b’mod eżawrjenti, mingħajr ma hemm bżonn li jsir riferiment għad-dritt nazzjonali.

31. Skont id-dispożizzjonijiet imsemmija iktar ’il fuq, l-użu ġenwin minn trade mark preċedenti, sew jekk din tkun Komunitarja, nazzjonali jew internazzjonali, għandha tingħata prova tiegħu fl-Unjoni Ewropea jew fl-Istat Membru kkonċernat.

32. Għalhekk, l-argument tar-rikorrenti li jgħid li l-Bord tal-Appell kellu jieħu inkunsiderazzjoni l-punt 26 tal-Gesetz über den Schutz von Marken und sonstigen Kennzeichen (Markengesetz, liġi Ġermaniża dwar il-protezzjoni tat-trade marks u ta’ sinjali oħra), għandu jiġi miċħud.

33. Barra minn hekk, għandu jiġi nnotat li d-dritt tat-trade marks armonizzat tal-Istati Membri jippresupponi wkoll użu obbligatorju fl-Istat Membru kkonċernat (ara l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 2008/95). Għandu jiġi nnotat ukoll li r-rekwiżit tal-użu ġenwin, taħt piena tas-sanzjonijiet previsti bl-imsemmija direttiva, ġie traspost fid-dritt nazzjonali (l-Artikolu 26 tal-Markengesetz). Il-fatt li, fl-ordinament intern, jekk ikun il-każ, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja tapplika l-Artikolu 5 tal-Ftehim tal-1892, li huwa ftehim bilaterali li, skont l-Artikolu 351 TFUE, ma jorbotx lill-Unjoni, huwa madankollu irrilevanti f’dan il-każ.

34. Għaldaqstant, fil-kawża li wasslet għas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, tat-13 ta’ Settembru 2007, Il Ponte Finanziaria vs UASI (C-234/06 P, Ġabra p. I-7333, punti 101 sa 103), il-Qorti tal-Ġustizzja qieset li t-teżi li tgħid li proprjetarju ta’ reġistrazzjoni nazzjonali li jopponi ruħu għal applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja jista’ jinvoka trade mark preċedenti li l-użu tagħha ma ġiex stabbilit minħabba li, skont leġiżlazzjoni nazzjonali, din tikkostitwixxi trade mark difensiva, ma hijiex kompatibbli mal-Artikolu 43(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009.

35. Peress li f’dan il-każ, id-dritt nazzjonali ma għandu ebda rilevanza, ir-riferiment li r-rikorrenti għamlet għall-espożizzjoni tal-motivi tal-emenda tal-Patentgesetz (liġi Ġermaniża dwar il-privattivi), tal-Markengesetz u ta’ liġijiet oħra, f’dak li jikkonċerna l-applikabbiltà tal-Ftehim tal-1892 kif ukoll it-traspożizzjoni tad-direttiva dwar it-trade marks fid-dritt Ġermaniż, huma irrilevanti f’dak li jikkonċerna r-riżoluzzjoni ta’ din il-kawża. L-istess jgħodd għal dak li jikkonċerna l-ġurisprudenza tal-Bundesgerichtshof (Qorti Federali tal-Ġustizzja, il-Ġermanja) dwar interpretazzjonijiet ġuridiċi nazzjonali.

36. Fl-aħħar nett, skont ir-rikorrenti, il-fatt li l-Ftehim tal-1892 ma jiġix applikat jikser in-natura unitarja tat-trade mark Komunitarja fil-kuntest tal-Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009, fil-każ fejn, quddiem il-qorti Ġermaniża, dan il-ftehim ikun jirrikjedi l-projbizzjoni tal-użu, fil-Ġermanja, mit-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni, u dan peress li d-dritt Ġermaniż, li minnu jagħmel parti l-ftehim tal-1892, għadu applikabbli. Sa fejn ir-rikorrenti tqis li l-approċċ tal-Bord tal-Appell jikkostitwixxi ksur tal-prinċipju ta’ natura unitarja tat-trade mark Komunitarja, huwa biżżejjed li jsir riferiment għall-premessi 4 u 6 tar-Regolament Nru 207/2009. Minn dan tirriżulta l-koeżistenza tas-sistemi nazzjonali u tas-sistema Komunitarja. Barra minn hekk, hekk kif ir-rikorrenti stess irrikonoxxiet billi għamlet riferiment għall-Artikoli 111 u 165 tar-Regolament Nru 207/2009, mill-premessa 3 tal-imsemmi regolament jirriżulta li dan il-prinċipju ma huwiex wieħed assolut.

37. F’dak li jikkonċerna, it-tieni nett, il-possibbiltà li prova tal-użu ġenwin tista’ tintalab f’dak li jikkonċerna trade mark nazzjonali, sa fejn ir-rikorrenti tqis li l-imsemmija possibbiltà ma tistax tiġi implementata minħabba l-fatt li l-Artikolu 42(3) tar-Regolament Nru 207/2009 jistipula biss it-trade marks nazzjonali, il-Qorti Ġenerali tfakkar li l-Artikolu 8(2)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 jippreċiża d-definizzjoni ta’ “Trade marks preċedenti”. Skont l-Artikolu 8(2)(a)(iii), jikkostitwixxu, b’mod partikolari, trade marks preċedenti, dawk it-trade marks irreġistrati taħt arranġamenti internazzjonali li għandhom effett fi Stat Membru li d-data tal-preżentata tagħhom hija preċedenti għall-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja.

38. Bl-istess mod, l-Artikolu 4(1) tal-arranġament ta’ Madrid dwar ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade marks, tal-14 ta’ April 1981, kif rivedut u emendat, kif ukoll l-Artikolu 4(1)(a) tal-Protokoll dwar l-arranġament ta’ Madrid, jipprovdu li l-protezzjoni tat-trade mark f’kull waħda mill-partijiet ikkonċernati għandha tkun l-istess bħallikieku din it-trade mark kienet ġiet ippreżentata direttament għand l-Uffiċċju minn din il-parti kontraenti.

39. Għalhekk, ir-riferiment għall-Artikolu 8(2)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 li huwa magħmul fl-Artikolu 42(3) tal-istess regolament, għandu jinftiehem fis-sens li “trade marks reġistrati taħt arranġamenti internazzjonali li għandhom effett fi Stat Membru” għandhom jiġu assimilati mat-“trade marks nazzjonali”.

40. Għaldaqstant, id-dubju espress mir-rikorrenti dwar l-applikabbiltà tal-Artikolu 42(3) tar-Regolament Nru 207/2009 għat-trade marks internazzjonali ma huwiex iġġustifikat.

41. Għaldaqstant, hemm lok li jiġi konkluż li l-Bord tal-Appell seta’ legalment jiċħad l-oppożizzjoni, minħabba nuqqas ta’ prova tal-użu ġenwin mit-trade mark preċedenti fil-Ġermanja, b’mod konformi mal-Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009.

42. Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li l-motiv uniku għandu jiġi miċħud u, konsegwentement, ir-rikors kollu kemm hu.

Fuq l-ispejjeż

43. Skont l-Artikolu 87(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, il-parti li titlef għandha tbati l-ispejjeż, jekk dawn ikunu ġew mitluba. Peress li r-rikorrenti tilfet, hemm lok li din tiġi kkundannata għall-ispejjeż, skont it-talbiet tal-UASI u tal-intervenjenti.

Parti operattiva

Għal dawn il-motivi,

IL-QORTI ĠENERALI (Is-Sitt Awla)

taqta’ u tiddeċiedi:

1) Ir-rikors huwa miċħud.

2) Rivella International AG hija kkundannata għall-ispejjeż.