4.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 44/53


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Ottubru 2018 – ATMvision vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-627/11) (1)

([“Għajnuna mill-Istat - Leġiżlazzjoni fiskali Ġermaniża dwar it-trasferiment tat-telf għas-snin fiskali futuri (Sanierungsklausel) - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern - Annullament tal-att ikkontestat mill-Qorti tal-Ġustizzja - Tmiem tal-iskop tat-tilwima - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”])

(2019/C 44/68)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: ATMvision AG (Salem, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment A. Cordewener, F. Kutt u C. Jehke, sussegwentement F Kutt u C. Jehke, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment R. Lyal, T. Maxian Rusche, M. Adam u M. Noll-Ehlers, sussegwentement R. Lyal, T. Maxian Rusche u M. Noll-Ehlers u fl-aħħar R. Lyal, T. Maxian Rusche u K. Blanck, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: inizjalment T. Henze, K. Petersen u R. Kanitz, sussegwentement T. Henze, R. Kanitz u K. Stranz u fl-aħħar T. Henze, R. Kanitz u S. Eisenberg, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/527/UE, tas-26 ta’ Jannar 2011, dwar l-għajnuna mill-Istat C 7/10 (ex CP 250/09 u NN 5/10) skont il-klawżola ta’ ristrutturazzjoni prevista mil-Liġi dwar it-Taxxa fuq il-Kumpanniji (“KStG, Sanierungsklausel”) (ĠU 2011, L 235, p. 26).

Dispożittiv

1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk sostnuti minn ATMvision AG.

3)

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 49, 18.2.2012.