16.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 184/27


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ April 2014 – Franza vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-511/11) (1)

((“Għajnuna mill-Istat - Azzjonijiet immexxija minn Interbev - Finanzjament permezz ta’ kontribuzzjonijiet volontarji magħmula obbligatorji - Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna kompatibbli mas-suq intern - Irtirar tad-deċiżjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))

2014/C 184/47

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: inizjalment E. Belliard, G. de Bergues, J. Rossi u J. Gstalter, sussegwentement E. Belliard, G. de Bergues, D. Colas u J. Bousin, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Stromsky, C. Urraca Caviedes u S. Thomas, sussegwentement B. Stromsky u C. Urraca Caviedes, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/131/UE, tat-13 ta’ Lulju 2011, dwar il-levies [kontribuzzjonijiet] favur Interbev (ĠU L 59, p. 14).

Dispożittiv

1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar dan ir-rikors.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 340, 19.11.2011.