28.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 227/21


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Ġunju 2012 — Elti vs Id-Delegazzjoni tal-Unjoni għall-Montenegro

(Kawża T-395/11) (1)

(Rikors għal annullament - Kuntratti pubbliċi għal provvisti - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Diġitizzazzjoni tas-servizz tax-xandir pubbliku fil-Montenegro - Deċiżjoni ta’ għoti tal-kuntratt adottata mid-Delegazzjoni tal-Unjoni għall-Montenegro - Nuqqas ta’ kwalità ta’ konvenut - Inammissibbiltà)

2012/C 227/35

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Elti d.o.o. (Gornja Radgona, is-Slovenja) (rappreżentant: N. Zidar Klemenčič, avukat)

Konvenuta: Id-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Montenegro (rappreżentanti: inizjalment minn N. Bertolini, aġent, sussegwentement minn J. Stuyck u A.-M. Vandromme, avukati)

Suġġett

Prinċipalment, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-kap tad-Delegazzjoni tal-Unjoni għall-Montenegro tal-21 ta’ Marzu 2011 li tiċħad l-offerta tar-rikorrenti għall-kuntratt ta’ provvista ta’ apparat intiż għad-diġitizzazzjoni tas-servizz tax-xandir pubbliku fil-Montenegro u, b’mod korrelattiv, li tagħti l-kuntratt imsemmi lil kumpannija oħra u, sussidjarjament, talba għal kumpens.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Elti d.o.o. hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.


(1)  ĠU C 282, 24.9.2011.