|
26.11.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 347/33 |
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Settembru 2011 — Gollnisch vs Il-Parlament
(Kawża T-347/11 R)
(Miżuri provviżorji - Ċaħda ta’ talba ta’ ħarsien tal-immunità ta’ Membru tal-Parlament Ewropew - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Inammissibbiltà)
2011/C 347/58
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Bruno Gollnisch (Limonest, Franza) (rappreżentant: G. Dubois, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: R. Passos, D. Moore u K. Zejdová, aġenti)
Suġġett
Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2011 li ma jitħarsux l-immunità u l-privileġġi tar-rikorrent.
Dispożittiv
|
(1) |
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda. |
|
(2) |
L-ispejjeż huma rriżervati. |