23.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/13


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Diċembru 2012 — L-Ungerija vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-320/11) (1)

(Rikors għal annullament - Terminu għall-preżentata ta’ rikors - Bidu ta’ dekorrenza - Tardività - Inammissibbiltà)

2013/C 55/23

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Partijiet

Rikorrenti: L-Ungerija (rappreżentanti: M. Fehér, K. Szíjjártó, K. Veres, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. von Rintelen u A. Sipos, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/192/UE, tat-28 ta’ Marzu 2011, li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċerta nefqa mġarrba mill-Ungerija taħt il-programm għall-appoġġ ta’ miżuri ta’ qabel l-adeżjoni għall-agrikoltura u l-iżvilupp rurali (Sapard) fl-2004 (ĠU L 81, p. 14).

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

L-Ungerija hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 252, 27.08.2011.