7.1.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 6/17 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Novembru 2011 — Glaxo Group vs UASI — Farmodiética (ADVANCE)
(Kawża T-243/11) (1)
(Trade mark Komunitarja - Rappreżentazzjoni tar-rikorrenti minn avukat li ma għandux il-kwalità ta’ parti terza - Inammissibbiltà)
2012/C 6/32
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Glaxo Group Ltd (Greenford, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: O. Benito u C. Mansell, solicitors)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent)
Partijiet oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Farmodiética — Cosmética, Dietética e Produtos Farmacêuticos, Lda (Estarda de S.Marcos, il-Portugall)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-25 ta’ Frar 2011 (Każ R 665/2010-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Farmodiética — Cosmética, Dietética e Produtos Farmacêuticos, Lda u Glaxo Group Ltd.
Dispożittiv
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli. |
(2) |
Glaxo Group Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż. |