|
17.11.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 409/38 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2014 – Canon Europa vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-34/11) (1)
((“Rikors għal annullament - Unjoni doganali - Tariffa Doganali Komuni - Nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika - Klassifikazzjoni fin-Nomenklatura Magħquda - Subintestaturi tariffarji - Dazji doganali applikabbli għall-merkanzija kklassifikata f’dawn is-subintestaturi tariffarji - Att regolamentari li jinkludi miżuri ta’ eżekuzzjoni - Inammissibbiltà”))
2014/C 409/54
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Canon Europa NV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: P. De Baere u P. Muñiz, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u L. Keppenne, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tal-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 861/2010, tal-5 ta’ Ottubru 2010, li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni tad-Dwana (ĠU L 284, p. 1).
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli. |
|
2) |
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talbiet għal intervent imressqa minn Konica Minolta Business Solutions Europe GmbH u Olivetti SpA. |
|
3) |
Canon Europa NV hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea. |