10.8.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 262/14 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ġunju 2015 – FSL et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-655/11) (1)
((“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Ewropew tal-banana fl-Italja, fil-Greċja u fil-Portugall - Koordinazzjoni fl-iffissar tal-prezzijiet - Ammissibbiltà tal-provi - Drittijiet tad-difiża - Użu ħażin ta’ poter - Prova tal-ksur - Kalkolu tal-ammont tal-multa”))
(2015/C 262/18)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: FSL Holdings (Antwerpen, il-Belġju); Firma Léon Van Parys (Antwerpen); u Pacific Fruit Company Italy SpA (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: P. Vlaemminck, C. Verdonck, B. Van Vooren u B. Gielen, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Kellerbauer u A. Biolan, aġenti)
Suġġett
Prinċipalment, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2011) 7273 finali, tat-12 ta’ Ottubru 2011, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 [TFUE] [Każ COMP/39482 – Frott eżotiku – (banana)], u, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-multa.
Dispożittiv
1) |
L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2011) 7273 finali, tat-12 ta’ Ottubru 2011, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 [TFUE] [Każ COMP/39482 – Frott eżotiku – (banana)], huwa annullat sa fejn dan jirrigwarda l-perijodu mill-11 ta’ Awwissu 2004 sad-19 ta’ Jannar 2005, sa fejn jikkonċerna lil FSL Holdings, Firma Léon Van Parys u Pacific Fruit Company Italy SpA. |
2) |
L-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni C (2011) 7273 finali huwa annullat inkwantu jiffissa l-ammont tal-multa imposta fuq FSL Holdings, Firma Léon Van Parys u Pacific Fruit Company Italy bħala EUR 8 9 19 000. |
3) |
L-ammont tal-multa imposta fuq FSL Holdings, Firma Léon Van Parys u Pacific Fruit Company Italy fl-Artikolu 2 tal-imsemmija Deċiżjoni C (2011) 7273 finali huwa stabbilit għal EUR 6 6 89 000. |
4) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
5) |
FSL Holdings, Firma Léon Van Parys u Pacific Fruit Company Italy huma kkundannati jħallsu terz tal-ispejjeż tagħhom stess u nofs l-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea. |
6) |
Il-Kummissjoni hija kkundannata tħallas nofs l-ispejjeż tagħha stess u żewġ terzi tal-ispejjeż ta’ FSL Holdings, Firma Léon Van Parys u Pacific Fruit Company Italy. |