8.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 71/17


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Jannar 2014 — Schuhhaus Dielmann vs UASI — Carrera (Carrera panamericana)

(Kawża T-600/11) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Reġistrazzjoni internazzjonali Carrera panamericana li tindika lill-Komunità Ewropea - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti CARRERA - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009)

(2014/C 71/29)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Schuhhaus Dielmann GmbH & Co. KG (Darmstadt, il-Ġermanja) (rappreżentant: W. Göpfert, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Bullock, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Carrera SpA (Caldiero, l-Italja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-15 ta’ Settembru 2011 (Każ R 1989/2010-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Carrera SpA u Schuhhaus Dielmann GmbH & Co. KG.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Schuhhaus Dielmann GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 32, 4.2.2012.