26.10.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 313/25 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2013 — Anbouba vs Il-Kunsill
(Kawża T-592/11) (1)
(Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja - Iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi - Preżunzjoni ta’ innoċenza - Oneru tal-prova - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Drittijiet tad-difiża - Obbligu ta’ motivazzjoni)
2013/C 313/49
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Issam Anbouba (Homs, is-Sirja) (rappreżentanti: M.-A. Bastin, J.-M. Salva u J.-N. Louis, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment R. Liudvinaviciute-Cordeiro u M.-M. Joséphidès, sussegwentement R. Liudvinaviciute-Cordeiro u A. Vitro, aġenti)
Suġġett
Minn naħa, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/684/PESK, tat-13 ta’ Ottubru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2011/273/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU L 269, p. 33), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/782/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011, dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja u [li] tħassar id-Deċiżjoni 2011/273/PESK (ĠU L 319, p. 56), tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1011/2011, tat-13 ta’ Ottubru 2011, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 442/2011 dwar miżuri ristrettivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU L 269, p. 18), tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012, tat-18 ta’ Jannar 2012, dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 442/2011 (ĠU L 16, p. 1), u tar-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 410/2012, tal-14 ta’ Mejju 2012, li jimplimenta l-Artikolu 32(1) tar-Regolament (UE) Nru 36/2012 (ĠU L 126, p. 3), sa fejn l-isem tar-rikorrent jinsab fil-lista tal-persuni li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja, u, min-naħa l-oħra, talba għall-ħlas ta’ danni bħala kumpens għad-dannu mġarrab.
Dispożittiv
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
(2) |
Issam Anbouba huwa kkundannat għall-ispejjeż. |