25.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/19


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Diċembru 2013 — JAS vs Il-Kummmissjoni

(Kawża T-573/11) (1)

(Unjoni doganali - Importazzjonijiet ta’ qliezet tal-jeans - Frodi - Irkupru a posteriori ta’ dazji fuq l-importazzjoni - Artikolu 13 tar-Regolament (KEE) Nru 1430/79 - Artikolu 239 tal-Kodiċi Doganali - Talba għal maħfra tad-dazji fuq l-importazzjoni - Eżistenza ta’ sitwazzjoni partikolari - Klawżola ta’ ekwità - Deċiżjoni tal-Kummissjoni)

2014/C 24/33

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: JAS Jet Air Service France (JAS) (Mesnil-Amelot, Franza) (rappreżentanti: T. Gallois u E. Dereviankine, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B.-R. Killmann, L. Keppenne u C. Soulay, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-5 ta’ Awwissu 2011, li tikkonstata, f’każ partikolari, li ma huwiex ġustifikat li jinħafru d-dazji fuq l-importazzjoni (Każ REM 01/2008).

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

JAS Jet Air Service France (JAS) għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 25, 28.01.2012.