1.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 292/31


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Lulju 2014 – Hassan vs Il-Kunsill

(Kawża T-572/11) (1)

((“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja - Iffriżar ta’ fondi - Rikors għal annullament - Adattament tat-talbiet - Tardività - Obbligu ta’ motivazzjoni - Drittijiet tad-difiża - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Dritt għall-proprjetà - Proporzjonalità - Talba għad-danni”))

2014/C 292/37

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Samir Hassan (Damas, is-Sirja) (rappreżentanti: É. Morgan de Rivery u E. Lagathu, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Kyriakopoulou u M. Vitsentzatos, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/515/PESK, tat-23 ta’ Awwissu 2011, li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/273/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU L 218, p. 20), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 843/2011, tat-23 ta’ Awwissu 2011, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 442/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU L 218, p. 1), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/782/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011, dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja u tħassar id-Deċiżjoni 2011/273/PESK (ĠU L 319, p. 56), tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012, tat-18 ta’ Jannar 2012, dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 442/2011 (ĠU L 16, p. 1), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/739/PESK, tad-29 ta’ Novembru 2012, dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/782 (ĠU L 330, p. 21), tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2013/185/PESK, tat-22 ta’ April 2013, li timplimenta d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/739 (ĠU L 111, p. 77), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 363/2013, tat-22 ta’ April 2013, li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 (ĠU L 111, p. 1), u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK, tal-31 ta’ Mejju 2013, dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU L 147, p. 14), sa fejn dawn l-atti jirrigwardaw lir-rikorrenti, u, min-naħa l-oħra, talba għall-ħlas tad-danni bħala kumpensa tad-dannu allegatament subit.

Dispożittiv

1)

It-talba għal annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/739/PESK, tad-29 ta’ Novembru 2012, dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/782/PESK, hija miċħuda bħala inammissibbli.

2)

Huma annullati, sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lill-Samir Hassan:

id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/515/PESK, tat-23 ta’ Awwissu 2011, li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/273/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja;

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 843/2011, tat-23 ta’ Awwissu 2011, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 442/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja;

id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/782/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011, dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja u tħassar id-Deċiżjoni 2011/273/PESK;

tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012, tat-18 ta’ Jannar 2012, dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 442/2011;

id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2013/185/PESK, tat-22 ta’ April 2013, li timplimenta d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/739;

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 363/2013, tat-22 ta’ April 2013, li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012;

id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK, tal-31 ta’ Mejju 2013, dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja.

3)

L-effetti tad-deċiżjonijiet u tar-Regolamenti annullati huma miżmuma fir-rigward ta’ S. Hassan, sad-data tal-iskadenza tat-terminu tal-appell jew, jekk jidaħħal appell f’dan it-terminu, sa ċaħda eventwali tal-appell.

4)

It-talba għad-danni ġiet miċħuda.

5)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll nofs l-ispejjeż sostnuti minn S. Hassan fil-kuntest ta’ din l-istanza.

6)

S. Hassan għandu jbati nofs l-ispejjeż tiegħu fil-kuntest ta’ din l-istanza. Huwa għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u dawk tal-Kunsill fil-kuntest tal-proċeduri għal miżuri provviżorji.


(1)  ĠU C 25, 28.1.2012.