7.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/8


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Ottubru 2013 — Viejo Valle vs UASI — Établissements Coquet (Kikkra u plattina bl-istrixxi u platt tas-soppa bl-istrixxi)

(Kawżi magħquda T-566/11 u T-567/11) (1)

(Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinni Komunitarji rreġistrati li jirrappreżentaw kikkra u plattina bl-istrixxi u platt tas-soppa bl-istrixxi - Raġuni assoluta għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Użu mhux awtorizzat ta’ xogħol protett mil-leġiżlazzjoni dwar id-dritt tal-awtur ta’ Stat Membru - Artikolu 25(1)(f) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002)

2013/C 359/13

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Viejo Valle, SA (L’Olleria, Spanja) (rappreżentant: I. Temiño Ceniceros, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: V. Melgar, aġent)

Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Établissements Coquet (Saint-Léonard-de-Noblat, Franza) (rappreżentant: C. Bouchenard, avukat)

Suġġett

Rikorsi ppreżentati kontra d-deċiżjonijiet tat-Tielet Bord tal-Appell tal-UASI tad-29 ta’ Lulju 2011 (Każijiet R 1054/2010-3 u R 1055/2010-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Établissements Coquet u Viejo Valle, SA.

Dispożittiv

(1)

Il-Kawżi T-566/11 u T-567/11 huma magħquda għall-finijiet tas-sentenza.

(2)

Ir-rikorsi huma miċħuda.

(3)

Viejo Valle, SA għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll l-ispejjeż tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) u ta’ Établissements Coquet.


(1)  ĠU C 32, 4.2.2012.