26.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/24


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2013 — Anbouba vs Il-Kunsill

(Kawża T-563/11) (1)

(Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja - Iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi - Oneru tal-prova - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Drittijiet tad-difiża - Obbligu ta’ motivazzjoni - Proċedura fil-kontumaċja - Talba għal intervent - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

2013/C 313/48

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Issam Anbouba (Homs, is-Sirja) (rappreżentanti: M.-A. Bastin, J.-M. Salva u J.-N. Louis, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment R. Liudvinaviciute-Cordeiro u M.-M. Joséphidès, sussegwentement R. Liudvinaviciute-Cordeiro u A. Vitro, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/522/PESK, tat-2 ta’ Settembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2011/273/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU L 228, p. 16), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/628/PESK, tat-23 ta’ Settembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2011/273/PESK (ĠU L 247, p. 17), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/782/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011, dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja u [li] tħassar id-Deċiżjoni 2011/273 (ĠU L 319, p. 56), tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 878/2011, tat-2 ta’ Settembru 2011, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 442/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU L 228, p. 1), u tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012, tat-18 ta’ Jannar 2012, dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 442/2011 (ĠU L 16, p. 1), sa fejn isem ir-rikorrent jinsab fil-lista tal-persuni li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja, u, min-naħa l-oħra, talba għall-ħlas ta’ danni bħala kumpens għad-dannu mġarrab.

Dispożittiv

(1)

Ma għadx kemm lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal intervent tal-Kummissjoni Ewropea.

(2)

Ir-rikors huwa miċħud.

(3)

Issam Anbouba għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu.


(1)  ĠU C 25, 28.01.2012.