24.11.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 421/30 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Ottubru 2014 – Alouminion vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-542/11) (1)
((“Għajnuna mill-Istat - Aluminium - Tariffa preferenzjali tal-elettriku mogħtija permezz ta’ kuntratt - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna illegali u inkompatibbli mas-suq intern - Rexissjoni ta’ kuntratt - Sospensjoni ġudizzjarja, fi proċeduri għal miżuri provviżorji, tal-effetti tar-rexissjoni ta’ kuntratt - Għajnuna ġdida”))
2014/C 421/41
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Alouminion AE (Maroussi, il-Greċja) (rappreżentanti: G. Dellis, N. Korogiannakis, E. Chrysafis, D. Diakopoulos u N. Keramidas, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Triantafyllou, É. Gippini Fournier, aġenti, assistiti minn V. Chatzopoulos, avukat)
Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Dimosia Epicheirisi Ilektrismou AE (DEI) (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: E. Bourtzalas, D. Waelbroeck, A. Oikonomou, E. Salaka u C. Synodinos, avukati)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni 2012/339/UE tal-Kummissjoni, tat-13 ta’ Lulju 2011, dwar l-għajnuna mill-Istat Nru SA.26117 – C 2/2010 (ex NN 62/2009) mogħtija mill-Greċja lil Aluminium of Greece SA (ĠU 2012, L 166, p. 83).
Dispożittiv
1) |
Id-Deċiżjoni 2012/339/UE tal-Kummissjoni, tat-13 ta’ Lulju 2011, dwar l-għajnuna mill-Istat Nru SA.26117 – C 2/2010 (ex NN 62/2009) mogħtija mill-Greċja lil Aluminium of Greece SA, hija annullata. |
2) |
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti minn Alouminion AE. |
3) |
Dimosia Epicheirisi Ilektrismou AE (DEI) għandha tbati l-ispejjeż tagħha. |