11.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 261/23


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Ġunju 2014 – Fundação Calouste Gulbenkian vs UASI – Gulbenkian (GULBENKIAN)

(Kawża T-541/11) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali GULBENKIAN - Trade mark nazzjonali magħrufa, isem kummerċjali u logos nazzjonali preċedenti Fundação Calouste Gulbenkian - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Prova tal-eżistenza ta’ drittijiet preċedenti - Artikolu 8(1)(b) u (4) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 90(a) tar-Regoli tal-Proċedura”)

2014/C 261/45

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Fundação Calouste Gulbenkian (Liżbona, il-Portugall) (rappreżentanti: G. Marín Raigal, P. López Ronda u G. Macias Bonilla, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: V. Melgar, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Micael Gulbenkian (Oeiras, il-Portugall) (rappreżentanti: J. Pimenta u A. Sebastião, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-15 ta’ Lulju 2011 (Każ R 1436/2010-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn il-Fundação Calouste Gulbenkian u Micael Gulbenkian.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Il-Fundação Calouste Gulbenkian hija kkundannata għall-ispejjeż.

3)

Micael Gulbenkian huwa kkundannat jirrimborsa lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea s-somma ta’ EUR 1  807,48, skont l-Artikolu 90(a) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.


(1)  ĠU C 362, 10.12.2011.