22.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 52/33


Sentenza tal-Qorti Ġenerali 16 ta’ Jannar 2014 — Aloe Vera of America vs UASI — Detimos (FOREVER)

(Kawża T-528/11) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva FOREVER - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti 4 EVER - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Użu ġenwin mit-trade mark preċedenti - Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009)

2014/C 52/60

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Aloe Vera of America, Inc. (Dallas, Texas, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: R. Niebel u F. Kerl, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Detimos — Gestão Imobiliária, SA (Carregado, il-Portugall) (rappreżentant: V. Caires Soares, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-8 ta’ Awwissu 2011 (Każ R 742/2010-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Diviril — Distribuidora de Viveres do Ribatejo, Lda u Aloe Vera of America, Inc.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Aloe Vera of America, Inc., hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti minn Detimos — Gestão Imobiliária, SA, waqt il-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).


(1)  ĠU C 362, 10.12.2011.