|
22.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 462/20 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Novembru 2014 – Volvo Trademark vs UASI – Hebei Aulion Heavy Industries (LOVOL)
(Kawża T-524/11) (1)
((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva LOVOL - Trade marks Komunitarji verbali u figurattiva u trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti VOLVO - Raġuni relattiva għal rifjut - Vantaġġ indebitu miksub mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti - Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”))
(2014/C 462/31)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Volvo Trademark Holding AB (Göteborg, l-Isvezja) (rappreżentant: M. Treis, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Hebei Aulion Heavy Industries Co., Ltd (Zhangjiakou, iċ-Ċina) (rappreżentant: A. Alejos Cutuli, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tad-19 ta’ Lulju 2011 (Każ R 1870/2010-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Volvo Trademark Holding AB u Hebei Aulion Heavy Industries Co., Ltd.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Volvo Trademark Holding AB hija kkundannata għall-ispejjeż. |