3.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 225/72


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ġunju 2013 — Delphi Technologies vs UASI (INNOVATION FOR THE REAL WORLD)

(Kawża T-515/11) (1)

(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali INNOVATION FOR THE REAL WORLD - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2013/C 225/159

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Delphi Technologies, Inc. (Wilmington, Delaware, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: C. Albrecht u J. Heumann, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Suġġett

Rikors kontra d-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-23 ta’ Ġunju 2011 (Każ R 1967/2010-2), dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni tas-sinjal verbali INNOVATION FOR THE REAL WORLD bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Delphi Technologies, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 355, 3.12.2011.