1.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 156/41


Sentenza tal-Qorti Ġenerali 18 ta’ April 2013 — Peek & Cloppenburg vs UASI — Peek & Cloppenburg (Peek & Cloppenburg)

(Kawża T-506/11) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Peek & Cloppenburg - Denominazzjoni kummerċjali nazzjonali preċedenti Peek & Cloppenburg - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2013/C 156/75

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Peek & Cloppenburg KG (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment S. Abrar, sussegwentement P. Lange, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Peek & Cloppenburg (Hambourg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Renck, V. von Bomhard, T. Heitmann, M. Petersenn, avukati, u I. Fowler, solicitor)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-28 ta’ Frar 2011 (Każ R 53/2005-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Peek & Cloppenburg u Peek & Cloppenburg KG.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Peek & Cloppenburg KG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 362, 10.12.2011.