|
14.12.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 433/41 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ottubru 2020 – France u IFP Énergies nouvelles vs Il-Kummissjoni
(Kawżi magħquda T-479/11 RENV u T-157/12 RENV) (1)
(“Għajnuna mill-Istat - Tiftix għaż-żejt - Skema ta’ għajnuna implimentata minn Franza - Garanzija impliċita u illimitata tal-Istat mogħtija lill IFPEN permezz tal-għoti tal-istatus ta’ EPIC - Vantaġġ - Preżunzjoni tal-eżistenza ta’ vantaġġ - Proporzjonalità”)
(2020/C 433/50)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent fil-Kawża T-479/11 RENV: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentant: P. Dodeller, aġent)
Rikorrent fil-Kawża T-157/12: IFP Énergies nouvelles (Rueil-Malmaison, Franza) (rappreżentanti: E. Lagathu u É. Barbier de La Serre, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Stromsky u D. Grespan, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/26/UE tad-29 ta’ Ġunju 2011 dwar l-Għajnuna mill-Istat C 35/08 (ex NN 11/08) mogħtija minn Franza lill-istabbiliment pubbliku “Institut Français du Pétrole” (ĠU 2012, L 14, p. 1).
Dispożittiv
|
1) |
L-Artikolu 5(3) u (4), kif ukoll l-Artikolu 6(1) sa fejn dan jirrigwarda l-impatt massimu tal-garanzija tal-Istat kif stmat fl-Artikolu 5(3) u (4) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/26/UE tad-29 ta’ Ġunju 2011 dwar l-Għajnuna mill-Istat C 35/08 (ex NN 11/08) mogħtija minn Franza lill-istabbiliment pubbliku Institut Français du Pétrole huma annullati. |
|
2) |
Il-kumplament tar-rikorsi huma miċħuda. |
|
3) |
Il-Kummissjoni Ewropea, ir-Repubblika Franċiża u IFP Énergies nouvelles għandhom, kull wieħed minnhom, ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom sostnuti fil-Kawżi T-479/11 u T-157/12. |
|
4) |
Ir-Repubblika Franċiża, IFP Énergies nouvelles u l-Kummissjoni għandhom, kull wieħed minnhom, ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom sostnuti fil-Kawża C-438/16 P. |
|
5) |
Ir-Repubblika Franċiża għandha tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk sostnuti mill-Kummissjoni fil-Kawża T-479/11 RENV. |
|
6) |
IFP Énergies nouvelles u l-Kummissjoni għandhom, kull wieħed minnhom, ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom sostnuti fil-Kawża T-157/12 RENV. |