16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 336/20


Sentenza tal-Qorti Ġenerali 16 ta’ Settembru 2013 — Golden Balls vs UASI — Intra-Presse (GOLDEN BALLS)

(Kawża T-448/11) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali GOLDEN BALLS - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti BALLON D’OR - Xebh tas-sinjali - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Talba għal annullament mressqa mill-intervenjent - Artikolu 134(3) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali - Estent tal-eżami li għandu jsir mill-Bord tal-Appell - Obbligu li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors kollu - Artikolu 8(5), Artikolu 64(1) u Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009)

2013/C 336/39

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Golden Balls Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: M. Edenborough, QC, S. Smith, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Intra-Presse (Boulogne-Billancourt, Franza) (rappreżentanti: P. Péters, T. de Haan u M. Laborde, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-22 ta’ Ġunju 2011 (Każ R 1432/2010-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Intra-Presse u Golden Balls Ltd

Dispożittiv

(1)

L-ewwel punt tad-dispożittiv tad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-22 ta’ Ġunju 2011 (Każ R 1432/2010-1) huwa annullat.

(2)

It-taba għal annullament ippreżentata minn Intra-Presse hija miċħuda.

(3)

L-UASI għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, l-ispejjeż sostnuti minn Golden Balls Ltd, bl-eċċezzjoni tal-ispejjeż ta’ din tal-aħħar marbuta mat-talba għal annullament ibbażata fuq l-Artikolu 134(3) tar-Regoli tal-Proċedura.

(4)

Intra-Presse għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, l-ispejjeż sostnuti minn Golden Balls Ltd marbuta mat-talba għal annullament ibbażata fuq l-Artikolu 134(3) tar-Regoli tal-Proċedura.


(1)  ĠU C 298, 8.10.2011.