7.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/7


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Ottubru 2013 — Biotronik SE vs UASI — Cardios Sistemas (CARDIO MANAGER)

(Kawża T-416/11) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali CARDIO MANAGER - Trade mark nazzjonali verbali CardioMessenger - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Assenza ta’ prova tal-użu ġenwin mit-trade mark preċedenti - Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2013/C 359/11

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Biotronik SE & Co. KG (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Reich, S. Pietzcker u R. Jacobs, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Cardios Sistemas Comercial e Industrial Ltda (Sao Paulo, il-Brażil)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tas-27 ta’ Mejju 2011 (Każ R 1156/2010-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Biotronik SE & Co. KG u Cardios Sistemas Comercial e Industrial Ltda.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Biotronik SE & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 298, 08.10.2011.