1.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 292/30


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Lulju 2014 – Missir Mamachi di Lusignano vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-401/11 P) (1)

((“Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Dannu personali ta’ qraba ta’ uffiċjal deċedut - Dannu subit mill-uffiċjal qabel mewtu - Kompetenzi rispettivi tal-Qorti Ġenerali u tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku - Regola ta’ konkordanza bejn it-talba għad-danni u l-ilment imressaq kontra d-deċiżjoni ta’ ċaħda ta’ din it-talba”))

2014/C 292/36

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellanti: Livio Missir Mamachi di Lusignano li qed jaġixxi kemm f’ismu proprju kif ukoll bħala rappreżentant legali tal-eredi ta’ Alessandro Missir Mamachi di Lusignano, ibnu, ex uffiċjal tal-Kummissjoni Ewropea (Kerkhove Avelgem, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment minn F. Di Gianni, R. Antonini, G. Coppo u A. Scalini, sussegwentement minn F. Di Gianni, G. Coppo u A. Scalini, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Martin, B. Eggers u L. Pignataro-Nolin, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla), tat-12 ta’ Mejju 2011, Missir Mamachi di Lusignano vs Il-Kummissjoni (F-50/09, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

1.

Is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla), tat-12 ta’ Mejju 2011, Missir Mamachi di Lusignano vs Il-Kummissjoni (F-50/09) hija annullata.

2.

Il-Kawża F-50/09 hija rrinvijata lill-Qorti Ġenerali, sabiex tieħu konjizzjoni tagħha bħala qorti tal-ewwel istanza, skont l-Artikoli 268 TFUE u 340 TFUE.

3.

L-ispejjeż huma rriżervati.


(1)  ĠU C 282, 24.09.2011.