5.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 135/29


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Marzu 2014 – Holcim (il-Ġermanja) u Holcim vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-293/11) (1)

((“Kompetizzjoni - Proċedura amministrattiva - Deċiżjoni dwar talba għal informazzjoni - Natura neċessarja ta’ informazzjoni mitluba - Obbligu ta’ motivazzjoni - Proporzjonalità”))

2014/C 135/35

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Holcim (il-Ġermanja) AG (Hamburg, il-Ġermanja); u Holcim Ltd (Zürich, l-Isvizzera) (rappreżentanti: P. Niggemann u K. Gaßner, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Kellerbauer, R. Sauer u C. Hödlmayr, aġenti, assistiti minn A. Böhlke, avukat)

Suġġett

Talba għal annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2011) 2363 finali, tat-30 ta’ Marzu 2011, dwar proċedura skont l-Artikolu 18(3) tar-Regolament (KE) tal-Kunsill Nru 1/2003 (Każ 39520 – Siment u prodotti relatati)

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Holcim (Deutschland) AG u Holcim Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk relatati mal-proċedura għal miżuri provviżorji.


(1)  ĠU C 238, 13.8.2011.