|
9.3.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 71/17 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Jannar 2013 — Fon Wireless vs UASI — nfon (nfon)
(Kawża T-283/11) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali nfon - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti fon u trade mark nazzjonali verbali preċedenti FON - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Talba għal bidla)
2013/C 71/26
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Fon Wireless Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: inizjalment F. Brandolini Kujman, sussegwentement L. Montoya Terán, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Walicka, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: nfon AG (München, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Schweyer, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-18 ta’ Marzu 2011 (Każ R 1017/2009-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Fon Wireless Ltd u nfon AG.
Dispożittiv
|
(1) |
Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tat-18 ta’ Marzu 2011 (Każ R 1017/2009-4), hija mibdula fis-sens li l-appell ippreżentat minn nfon AG quddiem il-Bord tal-Appell huwa miċħud. |
|
(2) |
L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Fon Wireless Ltd. |
|
(3) |
nfon għandha tbati l-ispejjeż tagħha. |