26.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/22


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 — De Nicola vs BEI

(Kawża T-264/11 P) (1)

(Appell - Servizz pubbliku - Persunal tal-BEI - Evalwazzjoni - Promozzjoni - Proċedura ta’ evalwazzjoni u ta’ promozzjoni 2007 - Deċiżjoni tal-Kumitat tal-Appell - Fastidju psikoloġiku - Terminu raġonevoli - Talba għal annullament - Talba għad-danni)

2013/C 313/41

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellant: Carlo De Nicola (Strassen, il-Lussemburgu) (rappreżentant: L. Isola, avukat)

Parti oħra fil-proċeduri: Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) (rappreżentanti: inizjalment T. Gilliams u F. Martin, sussegwentement T. Gilliams u G. Nuvoli, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tat-8 ta’ Marzu 2011, De Nicola vs BEI (F-59/10, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiż li jannulla din is-sentenza.

Dispożittiv

(1)

Is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tat-8 ta’ Marzu 2011, De Nicola vs BEI (F-59/09), hija annullata, sa fejn hija tiċħad, minn naħa, it-talbiet ta’ C. De Nicola intiżi għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kumitat tal-Appell tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) u, min-naħa l-oħra, it-talbiet tiegħu intiżi għal kumpens għad-danni allegati minħabba fastidju li allegatament wettaq il-BEI fil-konfronti tiegħu.

(2)

Il-kumplament tal-appell huwa miċħud.

(3)

Din il-kawża hija rrinvijata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.

(4)

L-ispejjeż huma rriżervati.


(1)  ĠU C 211, 16.07.2011.