4.8.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 253/24 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Ġunju 2014 – Spanja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-260/11) (1)
((“Sajd - Konservazzjoni tar-riżorsi ħajjin tal-baħar - Eċċess minn Spanja tal-kwoti tal-kavalli fiż-żoni VIII c, IX u X u fl-ilmijiet tal-Unjoni Ewropea tal-Copace 34.1.1 attribwiti għall-2010 - Tnaqqis fuq il-kwoti ta’ ħut allokati għas-snin 2011 sa 2015 - Drittijiet tad-difiża - Ċertezza legali - Aspettattivi leġittimi - Ugwaljanza fit-trattament”))
2014/C 253/34
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: inizjalment N. Díaz Abad u L. Banciella Rodríguez-Miñón, sussegwentement M. Sampoll Pucurull u Banciella Rodríguez-Miñón, abogados del Estado)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouquet, F. Jimeno Fernández u D. Nardi, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 165/2011, tat-22 ta’ Frar 2011, li jipprovdi għal tnaqqis minn ċerti kwoti tal-kavalli allokati lil Spanja għall-2011 u fis-snin sussegwenti minħabba s-sajd żejjed fl-2010 (ĠU L 48, p. 11).
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea. |