13.4.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 108/22 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Frar 2013 — Caventa vs UASI — Anson’s Herrenhaus (BERG)
(Kawża T-224/11) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali BERG - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti Christian Berg - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2013/C 108/58
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Caventa AG (Rekingen, l-Isvizzera) (rappreżentanti: inizjalment minn J. Krenzel, sussegwentement minn T. Stein u A. Segler, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment minn R. Manea, sussegwentement minn D. Walicka, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Anson’s Herrenhaus KG (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: O. Löffel u P. Lange, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-10 ta’ Frar 2011 (Każ R 1494/2010-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Anson’s Herrenhaus KG u Caventa AG.
Dispożittiv
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
(2) |
Caventa AG hija kkundannata għall-ispejjeż. |