1.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 156/40


Sentenza tal-Qorti Ġenerali 23 ta’ April 2013 — Apollo Tyres vs UASI — Endurance Technologies (ENDURACE)

(Kawża T-109/11) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali ENDURACE - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti ENDURANCE - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Xebh tal-prodotti u tas-servizzi - Xebh tas-sinjali - Rifjut parzjali ta’ reġistrazzjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Probabbiltà ta’ konfużjoni)

2013/C 156/72

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Apollo Tyres AG (Baden, l-Isvizzera) (rappreżentant: S. Szilvasi, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Endurance Technologies Pvt Ltd (Aurangabad, l-Indja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-25 ta’ Novembru 2010 (Każ R 625/2010-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Endurance Technologies Pvt Ltd u Apollo Tyres AG.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Apollo Tyres AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 130, 30.04.2011.