23.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 184/12


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Mejju 2012 — Mizuno vs UASI — Golfino (G)

(Kawża T-101/11) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva G - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti G+ - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2012/C 184/20

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Mizuno KK (Osaka, il-Ġappun) (rappreżentanti: T. Raab u H.R. Lauf, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment R. Manea u sussegwentement D. Walicka, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Golfino AG (Glinde, il-Ġermanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-15 ta’ Diċembru 2010 (Każ R 821/2010-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Golfino AG u Mizuno KK.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Mizuno KK hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 120, 16.04.2011.