8.2.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 48/36 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2015 – Deutsche Lufthansa et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-46/11) (1)
([“Kompetizzjoni - Akkordju - Suq Ewropew tat-trasport ta’ merkanzija bl-ajru - Ftehim u prattiki miftiehma dwar diversi elementi tal-prezzijiet tas-servizzi ta’ trasport ta’ merkanzija bl-ajru (stabbiliment ta’ sovrataxxa għall-karburant u sovrataxxa għas-sigurtà, rifjut ta’ ħlas ta’ kummissjoni fuq is-sovrataxxi) - Artikolu 101 TFUE, Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u l-Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità u l-Isvizzera fuq it-trasport bl-ajru - Obbligu ta’ motivazzjoni”])
(2016/C 048/40)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Deutsche Lufthansa AG (Köln, il-Ġermanja); Lufthansa Cargo AG (Frankfurt-am-main, il-Ġermanja); u Swiss International Air Lines AG (Basel, l-Isvizzera) (rappreżentanti: inizjalment minn S. Völcker, F. Louis, E. Arsenidou u A. Israel, sussegwentement minn S. Völcker u J. Orogolas, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn M. Kellerbauer, S. Noë u N. von Lingen, sussegwentement minn S. Noë u A. Dawes, aġenti, assistiti minn J. Anderson, barrister)
Suġġett
Talba għall-annullament tal-Artikoli 1 sa 4 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 7694 finali, tad-9 ta’ Novembru 2010, dwar proċedimenti ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE, tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u tal-Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera fuq it-trasport bl-ajru (Każ COMP/39258 – Trasport ta’ merkanzija bl-ajru).
Dispożittiv
1) |
L-Artikoli 1 sa 4 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 7694 finali, tad-9 ta’ Novembru 2010, dwar proċedimenti ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE, tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u tal-Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera fuq it-trasport bl-ajru (Każ COMP/39258 – Trasport ta’ merkanzija bl-ajru), huma annullati, sa fejn isemmu lil Deutsche Lufthansa AG, Lufthansa Cargo AG u Swiss International Air Lines AG |
2) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
3) |
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għall-ispjejeż sostnuti minn Deutsche Lufthansa, Lufthansa Cargo u Swiss International Air Lines. |