8.2.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 48/31 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2015 – Japan Airlines vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-36/11) (1)
([“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Ewropew tal-ġarr ta’ merkanzija bl-ajru - Ftehimiet u prattiki miftiehma fuq diversi elementi tal-prezzjiet tas-servizzi ta’ ġarr ta’ merkanzija bl-ajru (stabbiliment ta’ sovrataxxi marbuta mal-karbunat u ta’ sovrataxxi marbuta mis-sigurtà, rifjut ta’ ħlas ta’ kummissjoni fuq is-sovrataxxi) - Artikolu 101 TFUE, Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-trasport bl-ajru - Obbligu ta’ motivazzjoni”])
(2016/C 048/35)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Japan Airlines Co. Ltd, li kienet Japan Airlines International Co. Ltd (Tokyo, il-Ġappun) (rappreżentanti: J.-F. Bellis, K. Van Hove, avukati, u R. Burton, solicitor)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment N. von Lingen u S. Noë, sussegwentment S. Noë u J. Bourke u finalment A. Dawes, aġenti, assistiti minn J. Holmes, barrister)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 7694 finali, tad-9 ta’ Novembru 2010, li tirrigwarda proċedura skont l-Artikolu 101 TFUE, l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u l-Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-trasport bl-ajru (Każ COMP/39258 – Trasport ta’ merkanzija bl-ajru), u, sussidjarjament, għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti u fuq Japan Airline Corp.
Dispożittiv
1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 7694 finali, tad-9 ta’ Novembru 2010, li tirrigwarda proċedura skont l-Artikolu 101 TFUE, l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u l-Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-trasport bl-ajru (Każ COMP/39258 – Trasport ta’ merkanzija bl-ajru), hija annullata, sa fejn din tirrigwarda lil Japan Airlines Co. Ltd u lil Japan Airline Corp. |
2) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
3) |
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll l-ispejjeż sostnuti minn Japan Airlines Co. Ltd. |