DIGRIET TAT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU TAL-UNJONI EWROPEA

(Imħallef uniku)

18 ta’ Ġunju 2013

João Manuel Rodrigues Regalo Corrêa

vs

Il-Parlament Ewropew

“Servizz pubbliku — Remunerazzjoni — Allowances tal-familja — Allowance tal-edukazzjoni — Kundizzjonijiet għall-għoti — Tnaqqis ta’ allowance tal-istess natura rċevuta minn sorsi oħra — Rikors manifestament infondat”

Suġġett:

Rikors ippreżentat skont l-Artikolu 270 TFUE, applikabbli għat-Trattat KEEA bis-saħħa tal-Artikolu 106a tiegħu, li permezz tiegħu J. M. Rodrigues Regalo Corrêa jitlob, minn naħa, l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew, li jitnaqqas mill-allowance tal-edukazzjoni stabbilita fir-Regolamenti tal-Persunal mogħtija lill-uffiċjali l-ammont ta’ għajnuna finanzjarja mħallsa lill-ibnu miċ-Ċentru tad-dokumentazzjoni u tal-informazzjoni dwar it-tagħlim għoli tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu (iktar ’il quddiem is-“Cedies”) u, min-naħa l-oħra, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlment li jipproċedi għal-irkupru tal-pagamenti indebiti.

Deċiżjoni:

Ir-rikors ta’ J. M. Rodrigues Regalo Corrêa huwa miċħud bħala manifestament infondat fid-dritt. J. M. Rodrigues Regalo Corrêa għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess u jiġi kkundannat għall-ispejjeż sostnuti mill-Parlament Ewropew.

Sommarju

  1. Uffiċjali – Remunerazzjoni – Allowances tal-familja – Allowance tal-edukazzjoni – Kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni tar-regola antikumulu prevista fl-Arikolu 67(2) tar-Regolamenti tal-Persunal f’każ ta’ ħlas ta’ allowances tal-istess natura minn sorsi oħra – Applikazzjoni għall-benefiċċju finanzjarju Lussemburgiż għall-istudenti – Ammissibbiltà

    (Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 67(1)(ċ) u (2))

  2. Uffiċjali – Remunerazzjoni – Allowances tal-familja – Allowances nazzjonali – Regola antikumulu

    (Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 67(2); Anness VII, Artikoli 1 sa 3)

  1.  Huma biss l-allowances li huma komparabbli u li għandhom l-istess għan huma “tal-istess natura” skont ir-regola antikumulu prevista fl-Artikolu 67(2) tar-Regolamenti tal-Persunal fil-qasam tal-allowances familjari. Il-kriterju deċiżiv fil-klassifikazzjoni tal-allowance tal-istess natura huwa dak tal-iskop intiż mill-allowances inkwistjoni.

    F’dan ir-rigward, l-allowance tal-edukazzjoni msemmija fl-Artikolu 67(1)(ċ) tar-Regolamenti tal-Persunal u l-benefiċċju finanzjarju Lussemburgiż mogħti f’forma ta’ boroż ta’ studju u ta’ self, li għandu bħala għan li jipprovdi għajnuna finanzjarja lill-istudenti, intiża biex tippermettilhom jieħdu ħsieb l-ispejjeż ta’ studji tagħhom u għall-manteniment tagħhom fil-kuntest tal-tkomplija tal-istudji tagħhom, għandhom finalitajiet simili fis-sens li huma intiżi li jikkontribwixxu għall-ispejjeż tal-edukazzjoni tal-wild dipendenti tal-uffiċjal.

    Din il-konklużjoni ma hijiex invalidata mill-fatt li l-benefiċjarji taż-żewġ benefiċċji ma humiex l-istess. Fil-fatt, il-fatt li l-allowance stabbilita fir-Regolamenti tal-Persunal hija mogħtija lill-uffiċjal u l-benefiċċju nazzjonali jittieħed mill-wild jew formalment mogħti lilu ma huwiex determinanti sabiex jiġi evalwat jekk dawn il-benefiċċji huma tal-istess natura skont l-Artikolu 67(2) tar-Regolamenti tal-Persunal. Ma huwiex determinanti l-fatt li l-allowance nazzjonali hija mogħtija minħabba r-residenza fit-territorju nazzjonali u ma hijiex marbuta ma’ relazzjoni ta’ impjieg, kuntrarjament għall-allowance tal-edukazzjoni stabbilita fir-Regolamenti tal-Persunal.

    (ara l-punti 38 sa 40)

    Referenza:

    Il-Qorti tal-Ġustizzja: 13 ta’ Ottubru 1977, Gelders‑Deboeck vs Il‑Kummissjoni 106/76, punt 16; Emer‑van den Branden vs Il‑Kummissjoni 14/77, punt 15; 18 ta’ Diċembru 2007, Weiβenfels vs Il‑Parlament, C‑135/06 P, punt 89

    Il-Qorti tal-Prim’Istanza: 10 ta’ Mejju 1990, Sens vs Il‑Kummissjoni, T‑117/89, punt 14; 11 ta’ Ġunju 1996, Pavan vs Il‑Parlament, T‑147/95, punt 41

    It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku: 13 ta’ Frar 2007, Guarneri vs Il‑Kumissjoni, F‑62/06, punti 39, 40 u 42; 5 ta’ Ġunju 2012, Giannakouris vs Il‑Kummissjoni F‑83/10, punt 37; 5 ta’ Ġunju 2012, Chatzidoukakis vs Il‑Kumissjoni, F‑84/10, punt 37

  2.  Skont l-Artikolu 67(2) tar-Regolamenti tal-Persunal, l-uffiċjali benefiċjarji tal-allowances tal-familja għandhom jiddikjaraw l-allowances tal-istess natura mħallsa minn sorsi oħra. Din id-dispożizzjoni għandha tiġi interpretata fis-sens li huma l-istituzzjonijiet li għandhom jiddeterminaw jekk l-allowances iddikjarati mill-uffiċjali jew mill-membri tal-persunal skont l-obbligu li tipprevedi huma jew ma humiex tal-istess natura bħall-allowances tal-familja riċevuti skont l-Artikoli 1, 2 u 3 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal.

    (ara l-punti 55 u 56)

    Referenza:

    Il-Qorti tal-Prim’Istanza: 6 ta’ Marzu 1996, Schelbeck vs Il‑Parlament, T‑141/95, punti 38 u 39