28.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 25/70


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Novembru 2011 — ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-117/11)

(2012/C 25/136)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: L. Vogel, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Uffiċċju tal-Amministrazzjoni u l-Likwidazzjoni tad-drittijiet individwali li tistabilixxi d-drittijiet għall-pensjoni ta’ irtirar tar-rikorrent u tal-kalkolu ta’ numru ta’ snin li għandhom jiġu kkunsidrati fl-istabbiliment ta’ dawn id-drittijiet.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni addotata mill-Awtorità tal-Ħatra fit-28 ta’ Lulju 2011, li permezz tagħha ċaħdet l-ilment li ġie ppreżentat mir-rikorrent fit-3 ta’ Ġunju 2011, għall-annullament tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implimentazzjoni tal-Artikoli 11 u 12 tal-Anness VIII tal-Istatut, adottat fit-3 Marzu 2011, u b’mod iktar partikolari tal-Artikolu 9 tal-imsemmija dispożizzjonijiet ġenerali u li l-Awtorità tal-Ħatra kkunsidrat li jmorru kontra d-deċiżjoni individwali nnotifikata lir-rikorrent fl-24 ta’ Mejju 2011, li tipproponi kalkolu ġdid ta’ annwalitajiet korrispondenti, fis-sistema tal-pensjonijiet Komunitarji, għall-ekwivalenza attwarjali tad-drittijiet tal-pensjoni magħmula mir-rikorrenti fis-sistema nazzjonali tad-dritt Belġjan;

sakemm huwa meħtieġ, tannulla wkoll id-deċiżjoni iċċitata iktar ’il fuq, tal-24 ta’ Mejju 2011, kif ukoll jekk meħtieġ skont l-Artikolu 277 tat-Trattat KEE, id-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni, tat-3 ta’ Marzu 2011, u b’mod iktar partikolari l-Artikolu 9 ta’ dawn id-dispożizzjonijiet.

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.